Esklussiva
Transcription
Esklussiva
Avukat interrogata dwar fjammi u David Gatt Paġna 2 Ford xiħ wisq għall-films €0.65 Paġna 21 16 ta’ Jannar 2011 • Nr 222 Se jkun mixli li ffroda lil ħutu f’wirt Ara paġna 2 Esklussiva ‘Iċ-Ċoċċi’ jgħid l-istorja kollha Dun Victor Grech naddafni mill-kokaina F’intervista esklussiva ma’ din il-gazzetta, Edward Aquilina magħruf bħala ‘IċĊoċċi’, ipoġġi l-karti kollha fuq il-mejda tal-aħħar snin ta’ ħajtu u jispjega r-raġuni tat-trasferiment tiegħu għal man-Neptunes. Aquilina jitkellem ċar dwar il-problema tad-droga li kien qabad snin ilu u jgħid li kien San Blas u Monsinjur Victor Grech li għenuh u għadhom qed jgħinuh ifiq kompletament minn din il- problema. Għall-ewwel darba jiżvela ittra li uffiċjal tal-klabb ta’ Sliema kien bagħat lill-familja tiegħu fi żmien meta hu kien jagħmel il-programm biex ifiq mill-vizzju tal-kokaina. L-ittra kellha kontenut li titfa’ ħtija fuq il-ġenituri tiegħu għallproblema li kellu. Jisħaq li din l-ittra nżammet sigrieta millistess familja tiegħu sakemm darba oħtu fetħet qalbha miegħu u qaltlu biha. ‘Iċ-Ċoċċi’ jagħmilha ċara mal-poplu Slimiż kollu li qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħu li xi darba jitlaq lill-klabb li miegħu għex u trabba iżda jisħaq li ma kellux għażla oħra li jagħmel dan wara li kienu żewġ uffiċjali li ‘keċċewh’ minn mal-klabb Slimiż u mhux telaq hu kif hawn min jaħseb. Aquilina jitkellem ukoll fuq vendikazzjonijiet li sab dan l-aħħar fuq il-karozza tiegħu bi grif ta’ ‘ĠUDA’ fuqha u jsostni li m’għandux l-iċken suspett ta’ min setgħu kienu l-persuni li għamlulu dan. paġna 28 NEWSPAPER POST Mark Attard 2 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Avukat int fjammi u D Il-karozza ħaraqha xi ħadd għal tal-apposta jew le? Julia Farrugia jfarrugia@mediatoday.com.mt Illum tista’ tiżvela li f ’dawn l-aħħar sigħat avukat kienet interrogata mill-Pulizija b’rabta ma’ dikjarazzjoni falza, u jekk jinstabu biżżejjed provi kontriha tista’ titressaq il-Qorti. Il-każ imur lura għal numru ta’ xhur meta l-karozza ta’ avukat żgħażugħa spiċċat fi fjamma waħda. Din il-gazzetta hi infurmata li l-ewwel rapport talespert maħtur millQorti kien stipula li l-indikazzjonijiet juru li l-karozza kienet ngħatat in-nar għal tal-apposta minn xi ħadd. Allura b’hekk ilPulizija kienet bdiet tinvestiga l-mottiv u min possibbilment seta’ kien wara dan ir-reat. Sorsi li tkellmu ma’ Emmy Bezzina għall-Qorti Karl Stagno-Navarra ksnavarra@mediatoday.com.mt L-avukat prominenti Emmy Bezzina mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin mixli b’misapproprjazzjoni u frodi għaddannu ta’ ħutu. Il-każ jikkonċerna mijiet ta’ eluf ta’ ewro f ’wirt tal-ġenituri li kellu jinqasam bejn l-aħwa. Din il-gazzetta hi infurmata li l-Pulizija ntalbet tinvestiga lil Emmy Bezzina, li hu l-akbar minn fost sitt aħwa, wara li nstabu diskrepanzi f ’dak li kellu jinqasam bejniethom. Bezzina, li għandu 63 sena, hu rrappurtat li kien interrogat għal ħin twil millPulizija tal-Iskwadra għall-Kontra r-Reati Ekonomiċi fid-Depot tal-Furjna li matulha rrilaxxa wkoll stqarrija. Hu mifhum ukoll li l-Avukat Ġenerali diġà ħareġ l-akkużi fil-konfront tal-Avukat Bezzina hu mistenni li jitressaq quddiem il-Qrati tal-Maġistrati fil-jiem li ġejjin. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta l-Avukat Bezzina ċaħad l-akkużi li mistennija jinġiebu kontrih mill-Pulizija. Hu sostna li l-każ hu “purament familjari” u ammetta li tikkonċerna wirt tal-familja. “Fiċ-ċirkostanzi l-każ jikkonċerna l-assi tal-familja u ma tinvolvi l-ebda barranin,” qal Emmy Bezzina. terrogata dwar David Gatt Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 3 Illum spjegaw kif maż-żmien kienu saru emendi għar-rapport u l-każ ġie dikjarat bħala tali li kien aċċidentali u mhux min id moħbija ta’ kriminal. Dan wassal biex l-avukat ħadet flus mill-kumpanija talassigurazzjoni għaddanni li sofriet ilkarozza tagħha. Iżda riċentament il-każ ħa żvolta differenti. Qed ikun allegat li meta seħħ ir-reat, fi ċrieki differenti, l-avukat kienet uriet is-suspetti tagħha li l-avukat u l-eks-spettur tal-pulizija David Gatt kien il-moħħ wara dan il-każ. Allegatament xi żmien qabel kien hemm battibekk bejn it-tnejn minn nies. Jidher li l-avukat qatt ma semmiet dan iddettal importanti mal- investigaturi. It-teorija hi li dan għamlitu deliberament. Jekk ikun pruvat li l-mottiv tal-ħruq talkarozza tagħha kien wieħed instigat u ta’ vendikazzjoni, l-avukat ikollha trodd il-flus lura lill-kumpanija tal-assigurazzjoni għax il-polza tkopri biss f ’każ ta’ inċidenti u mhux ‘arson’, jiġifieri ħruq għal tal-apposta. Persuni li semgħu ċertu diskors qed jagħtu informazzjoni dwar il-każ Allura jissaħħaħ l-argument l-għala kien hemm interess biex ċerti dettalji qatt ma jaraw id-dawl taxxemx. Nifhmu li l-Pulizija diġà kellmet lil numru ta’ persuni oħra f ’dan il-każ, u mhux eskluż li fost dawn hemm persuni li jistgħu jixhdu fil-Qorti li l-avukat qalet magħhom ċerta diskors. 4 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Il-fuljett mibgħut mill-Partit Laburista fid-djar Maltin Il-PL jibda jingrana à la Nazzjonalista Il-Partit Laburista beda jingrana għallelezzjoni ġenerali li jmiss b’tattika ‘Nazzjonalista’ ta’ kif iwassal il-messaġġ tiegħu. Dan l-istil hu identiku għal dak li l-Partit Nazzjonalista adotta fil-kampanji elettorali tal-aħħar snin fejn kien jibgħat fuljetti d-dar bl-istess kuluri wżati mill-partit oppost. B’dan il-mod, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, il-qarrej jaħseb li l-materjal intbagħtlu mill-PN. Il-kampanja ġdida talPartit Laburista tinkludi fuljett ta’ erba’ paġni li qed jasal f ’kull dar f ’Malta u f ’Għawdex Fil-qoxra jispikka ritratt tal-billboard ewlieni li ntuża mill-Partit Nazzjonalista bl-għajta GonziPN u b’Gonzi jħarislek b’idu ’l quddiem. Għall-ewwel wieħed jieħu l-impressjoni li x-xogħol intbagħat mill-PN tant li anke l-kuluri wżati huma abjad u blu. Il-paġni ta’ ġewwa talfuljett jinkludu ħames wegħdi ewlenin li għamel il-Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet – u biswithom miġbura pulit hemm it-tweġiba ta’ dak li l-PN wettaq fil-verità. It-tweġiba hi l-miżuri u piżijiet li tgħabba bihom il-poplu fl-aħħar xhur. Il-mod kif qed jitwassal il-messaġġ hu wkoll b’xaqliba għall-istess kampanja li għamel ilPartit Nazzjonalista kontra Alfred Sant. Il-mira ewlenija filkampanja tal-PL hu Lawrence Gonzi bilkliem: “Terġax tafdah” li jieħu lill-elettorat lura fiż-żmien fejn għal xhur sħaħ Sant kien impinġi fil-maġġoranza assoluta tar-reklami ta’ propaganda bħala l-bniedem li m’għandekx tafda. Ikun biss f ’linja rqiqa filqoxra tal-fuljett li hemm indikat li dan il-materjal intbagħat mill-Partit Laburista. L-istudenti tas-sitt se Ilbieraħ il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħabbar li se jsiru sensiela ta’ eżamijiet fis-sitt sena lit-tfal kollha li jattendu l-Iskola Primarja talGvern minn Ġunju li ġej. Dawn se jsiru bil-għan li t-tfal jiġu assessjati fuq il-ħiliet tagħhom fil-Malti, fl-Ingliż u filMatematika u qed jissejjaħ benchmarking. L-eżamijiet qegħdin isiru minħabba li dawk għaddħul fil-Junior Lyceums jew il-Common Entrance Examination mhumiex se jsiru aktar minn din issena. Il-Ministru Dolores Cristina spjegat, “Se nassessjaw lill-istudenti fuq firxa ta’ ħiliet biex ikollna stampa ċara ta’ dak li hu kapaċi jagħmel kull student f ’din il-fażi kruċjali tal-iżvilupp edukattiv u personali tagħhom. “Din l-istampa narawha flimkien mal-istudenti nfushom u l-ġenituri tagħhom u fuq kollox mal-għalliema li se jkunu responsabbli milledukazzjoni tat-tfal fil-livell sekondarju. Se tinħoloq sistema ta’ rappurtaġġ li tkun aġġornata perjodikament skont ilprogress tat-tifel jew tifla.” Cristina żiedet tgħid li l-Ministeru tkellem ma’ bosta persuni fosthom millFakultà tal-Edukazzjoni flUniversità u għalliema milliskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u privati. Barra minn hekk imxew mal-punti gwida li jagħti l-Qafas Ewropew tal-Lingwi u se jagħtu l-importanza mistħoqqha lill-ħiliet fil-lingwi. Hi stiednet lill-Iskejjel talKnisja u dawk indipendenti biex l-istudenti tagħhom jagħmlu dan l-eżami wkoll. L-eżamijiet se jkunu differenti minn tal-Junior Lyceums. Il-lingwi se jkollhom taħdit, smigħ, taħriġ il-fehem (reading comprehension) u kitba. Il-Matematika se tkun parti b’kalkulazzjonijiet sempliċi li t-tfal iridu jaħdmu b’moħħhom (mental) u l-oħra jsolvu mistoqsijiet u problemi matematiċi bil-kitba. Kampjuni tal-karti tależamijiet jinsabu fuq www.curriculum.gov. mt flimkien ma’ feedback sheets għall-użu ta’ evalwazzjoni. Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 5 Qed nara distanza kbira bejn il-PN kif waqqafnieh u l-Partit illum – John Dalli “Ma jogħġobnix l-istat li qiegħed fih bħalissa l-Partit Nazzjonalista. Qed nara distanza kbira bejn il-PN kif waqqafnieh u l-Partit illum. Qed nara ħafna partitarji disillużi,” qal il-Kummissarju Ewropew John Dalli fuq il-programm ‘Għandi xi Ngħid’ fuq Radju Malta. Dalli tenna li fl-2004 waqt diskors li ta fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit, kien qal lid-delegati tal-Partit li “Nazzjonalisti mhumiex jaraw lill-PN bħala darhom … illum is-sitwazzjoni hi agħar minn qatt qabel. Hemm nuqqas ta’ dibattitu fil-Partit u nuqqas ta’ involviment minn kulħadd. Il-Kummissraju Ewropew John Dalli In-nies fil-Partit iħossuhom mingħajr valur fil-Partit u kien tkeċċa mill-Kabinett dik hi l-ikbar problema.” fl-2004 meta kien implikat Il-Kummissarju lmenta f ’rapport falz dwar tender wkoll li ħadd għadu ma tal-isptar. Mistoqsi mixħa responsabbiltà talli xandar Andrew Azzopardi x’tip ta’ responsabbiltà kien qed jistenna li tittieħed, Dalli sostna, “Waħda politika… responsabbiltà politika għandha tittieħed mill-Prim Ministru.” Ir-referendum dwar iddivorzju wkoll issemma’ waqt il-programm. Dalli ma jaqbilx li għandu jsir imma għandhom ikunu l-membri parlamentari li jilleġiżlaw din il-kwistjoni. “Mhix kwistjoni li tgħid lin-nies biex jgħidu ‘iva’ jew ‘le’ imma huma l-politiċi li għandhom jieħdu deċiżjoni dwar iddivorzju. Nibża’ li l-istat mentali li jinsab fih dan il-pajjiż jeħtieġ li jinbidel radikalment,” żied ilKummissarju. Mistoqsi dwar x’jaħseb fuq id-divorzju Dalli qal li hu oġġettiv dwaru u l-prijorità ewlenija għalih hi d-drittijiet tat-tfal. “Id-dibattitu għandu jkun oġġettiv, bla emozzjoni u pressjoni reliġjuża. Għandna nqisu lit-tfal u ħadd mhu qed jitkellem dwarhom. Irridu nitkellmu dwar formazzjoni aħjar taż-żwieġ għax nibża’ li m’aħniex nieħdu ż-żwieġ b’serjetà biżżejjed.” ena b’eżami differenti qabel jidħlu fis-sekondarja Fejn se jsiru l-laqgħat Data 17 ta’ Jannar 18 ta’ Jannar 19 ta’ Jannar 20 ta’ Jannar 21 ta’ Jannar 24 ta’ Jannar 25 ta’ Jannar 26 ta’ Jannar 27 ta’ Jannar 28 ta’ Jannar Skola Primarja, l-Imsida Primarja, is-Siġġiewi Primarja, Ħ’Attard Primarja, iż-Żurrieq Primarja, San Ġwann Primarja, Marsaxlokk Sekondarja Subien, Għawdex Primarja, il-Furjana Sekondarja Bniet, il-Mosta Primarja B, Ħaż-Żabbar 29 ta’ Jannar 31 ta’ Jannar 1 ta’ Frar Istitut Kattoliku, il-Furjana 9.30a m-11.30am Skejjel Indipendenti St Martin’s, Swatar 4pm -6pm Skejjel tal-Knisja National Curriculum Centre, il-Ħamrun 3pm-5pm Studenta fl-aħħar sena tal-Primarja se jiġu assessjati fil-ħiliet tagħhom fil-Malti, fl-Ingliż u fil-Matematika L-eżamijiet bil-miktub se jkollhom ħin miżjud għat-tfal kollha u fil-każ tal-Matematika l-iskola stess tagħmel arranġamenti biex il-karta tinqara lit-tfal li jeħtieġu dan l-arranġament minħabba diffikultajiet ta’ tagħlim. Is-sistema ta’ kif jiġu kkoreġuti l-karti se tkun differenti mis-soltu billi dawn se tikkoreġihom it-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv fid-Direttorat tal-Kwalità u Standards flEdukazzjoni. Dawn jiġu kkoreġuti minn żewġ għalliema differenti. Għall-ewwel darba se jiġu aċċettati għalliema li jgħallmu s-Sitt Sena, fi skejjel tal-Istat, tal-Knisja jew indipendenti, biex jikkoreġu dawn il-karti. Iddettalji personali tat-tfal fuq il-karti jitneħħew qabel ma jgħaddu għand l-għalliema. Ir-riżultat tal-eżamijiet jintbagħat lill-iskejjel biex huma jibagħtuh lil min hu responsabbli mit-tfal. Tfal li ma jattendux għal dan l-eżami, jew dawk li l-Iskejjel tal-Knisja jew dawk privati ma jkunux daħħluhom għalihom, jistgħu jagħmlu l-eżami għal nofs Ġunju li se jinżamm filgħaxijiet biex ma jtellifx Kulleġġ Santa Tereża San Injazju San Nikola San Benedittu Santa Klara San Tumas More Għawdex San Ġorġ Preca Maria Regina Santa Margerita mill-ħin tal-iskola. L-eżamijiet tal-Istudji Soċjali u r-Reliġjon fliskejjel tal-Istat fir-raba’, ħames u sitt sena se jibqgħu jsiru bħala eżamijiet annwali fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju. Dawn l-eżamijiet jiġu kkoreġuti millgħalliema stess tal-iskola u r-riżultati tagħhom ma jintużawx għall-iskop ta’ benchmarking. Se jsiru sensiela ta’ laqgħat fejn Grace Grima, id-Direttur Ġenerali tadDirettorat tal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, se titkellem mal-ġenituri kif inhu indikat hawn fuq. Bandli bla band 6 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Is-sindku ta’ Marsaskala jgħid li x-xogħol ta’ €200,000 se jitlesta qabel is-sajf Miriam Dalli mdalli@mediatoday.com.mt Is-Sindku ta’ Marsaskala Mario Calleja jgħid li t-telqa u l-inkonvenjent li hemm fil-bandli li jinsabu fi Triq ix-Xatt mistenni li titranġa sas-sajf li ġej. Numru ta’ residenti u turisti li jżuru dan il-post turistiku matul ix-xhur li għaddew tkellmu dwar is-sitwazzjoni perikoluża li kien jinsab fih il-bandli. Fil-ġimgħat li għaddew din il-gazzetta kompliet tirċievi numru ta’ lmenti minħabba li l-bandli issa jinsab fi stat ta’ telqa u t-tfal m’għandhomx fejn jilagħbu. Meta kkuntattjat minn din il-gazzetta s-Sindku saħaq li l-pjan tal-kunsill hu li l-bandli jitlesta sas-sajf li ġej. “Waqt il-laqgħa talkunsill nhar il-Ħamis li għadda l-kunsilliera qablu unanimament biex il-Kunsill japplika għall-Fond għallIżvilupp Urban (UIF),” qal Calleja. Hu sostna li l-ġimgħa d-dieħla se jitqabbad surveyor biex jieħu l-qisien u wara toħroġ sejħa għall-offerta. “Waqt il-laqgħa ġie deċiż ukoll li l-pavimentar, id-dawl u l-bankijiet ma jinbidlux minħabba li għadhom tajbin. Il-kunsill għandu ħsieb jinvesti bejn €190,000 u €200,000 f’tagħmir ġdid,” żvela Calleja. L-unika tagħmir li hemm bħalissa huma erba’ tipi differenti ta’ bandli għal etajiet differenti, żurżieqa għat-tfal żgħar, dawradurella u tagħmir ieħor biex it-tfal joqogħdu jiddendlu, kollha huma fi bżonn ta’ żebgħa ġdida. Uħud mill-bandli għandhom ukoll xi bandla nieqsa. Għalkemm wieħed irid jirrikonixxi l-fatt li l-bqija tat-tagħmir tneħħa minħabba li kien imkisser u kien qed ikun ta’ periklu għat-tfal, il-bandli issa spiċċa vojt. Calleja qal li biex dan il-vojt jimtela’ twaħħal xi tagħmir ieħor. “Żidna xi ħaġa żgħira biex ma nħallux l-ispazju vojt u nevitaw li jkun hemm min joqgħod jilgħab bil-ballun u jweġġgħu n-nies.” Numru ta’ qarrejja talIl-bandli baħħ mit-tagħmir f’Marsaskala Illum ilmentaw ukoll li l-funtana li hemm fis-sit hi għalhekk il-ġenituri jkunu żdingata, bl-ilma qiegħed li jistgħu joqogħdu komdi waqt qed iġib ħafna nemus. Issa li jżommu għajnejhom fuq l-funtana tidher imbattla uliedhom. mill-ilma u mitfija, biż-żebgħa Numru ta’ nies oħra mqaxxra tispikka aktar minn lmentaw ukoll li l-bandli issa qatt qabel. mdawwar bil-ħwienet tal-ikel Il-bandli ta’ Pjazza u x-xorb u ħadu mill-ispazju Mifsud Bonnici kien jiġbed fejn it-tfal jistgħu jilagħbu. ħafna familji lejh fil-ħarġa Mistoqsi jekk it-telqa taltradizzjonali tal-Ħadd bandli kellhiex xi effett fuq wara nofsinhar. Vantaġġ li in-negozju, minħabba li seta’ għandu dan il-bandli hu li naqqas in-numru ta’ persuni hu mdawwar bil-bankijiet u li jmorru fih, is-Sndku nsista li ma kien hemm l-ebda impatt. “L-istat tal-bandli żgur li mhux qed jaffettwa n-negozji,” qal Calleja. “Wieħed irid iqis li issa x-xitwa u ma jkunx hemm dawk in-nies kollha li jinżlu fis-sajf.” F’rapporti oħra Calleja kien attribwixxa parti millistat ikrah tal-bandli għall- Il-funtana vojta vandaliżmu li kien qed isir. Calleja spjega ma’ Illum li meta hu jgħid “vandaliżmu” jirreferi għall-ħsara li jagħmlu t-tfal. “Meta wieħed jitkellem fuq vandaliżmu jfisser li xi tfal, li ħafna drabi anke fil-preżenza tal-qraba tagħhom, jiżvugaw billi jkissru xi bandla jew xi Mikxufa r-realtà dwar is-saħħa fost in-nisa Segwu r-rappurtaġġ talġurnalisti tal-MediaToday fuq www.maltatoday.com.mt Rachel Zammit Cutajar u Julia Farrugia ftit qabel ħallew Malta lbieraħ wara nofsinhar tagħmir ieħor,” qal Calleja waqt li żied jgħid li l-Ispettur tad-Diviżjoni, Fabian Fleri, kien qed jibgħat xi pulizija biex joqgħod għassa fis-sit. Fl-2008, permezz talfondi tal-UIF, il-Kunsill ta’ Marsaskala kien investa €3,900 f’tisbiħ tal-istess bandli. B’rappurtaġġ estensiv minn Mombasa fil-Kenya, żewġ ġurnalisti tal-MediaToday se jwasslu l-aħħar żviluppi, rakkonti u esperjenzi ħajja dwar ilprogramm internazzjonali ‘Save Women’s Lives’. Kull sena fid-dinja jmutu aktar mal-350,000 mara minħabba kumplikazzjonijiet fit-tqala. Disgħa u disgħin fil-mija ta’ dawn il-każi jseħħu f ’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. MediaToday investiet firriżorsa ta’ żewġ ġurnalisti biex iwasslu din ir-realtà kiefra u x’qed isir biex ikunu salvati aktar nisa minn mard qattiel fosthom dak trasmess sesswalment. Julia Farrugia, Editur ta’ Illum, u Rachel Zammit Cutajar, ġurnalista ta’ MaltaToday u Editur tar-rivista Gourmet Today, intagħżlu biex isegwu l-ħidma ta’ proġett li qed jittella’ millGerman Foundation for World Population u SOS Malta. Farrugia tellgħet bosta dokumentarji minn barra minn Malta fosthom minn Sri Lanka eżatt wara t-tsunami fl2006, mir-Russja, l-Istati Uniti, il-Polonja, l-Italja, l-Ingilterra u b’rappurtaġġ mil-Libanu. Hi diġà ħadmet darb’oħra fil-Kenya lura fl-2003 b’xogħol dirett ma’ tfal bl-AIDS għal xahar sħiħ. Ritratt: Ray Attard dli Esklussivament minn Mombasa Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 7 4 Maltin f’ħabsijie 8 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 L-Ambaxxatriċi Maltija fit-Tuneżija f’kuntatt kontinwu mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Franica Pulis fpulis@mediatoday.com.mt Erba’ Maltin bħalissa jinsabu detenuti f ’ħabsijiet Tuneżini differenti. Imma uffiċjali millMinisteru għall-Affarijiet Barranin sostnew li jinsabu qawwijin u sħaħ. Huma kkuntattjaw lillfamilji tagħhom waqt li l-Ministeru rċieva aħbar pożittiva dwarhom. L-Ambaxxatriċi Maltija fit-Tuneżija, Vicki Ann Cremona, żammet kuntatt kontinwu malMinisteru minħabba kif qed jiżviluppaw il-protesti fil-pajjiż. Kelliem għall-Ministeru qalilna li “hemm madwar 90 Malti li jgħix fit-Tuneżija b’terz minnhom igawdu minn ċittadinanza doppja. S’issa l-Ambaxxata ma kinitx affettwata b’dak li qed jiġri f ’dan il-pajjiż.” Dwar jekk kienx hemm Maltin affettwati fl-Alġerija, fejn seħħew protesti vjolenti wkoll li darbu 420 ruħ, il-kelliem wieġeb li “m’hemmx informazzjoni li hemm xi Maltin li huma affettwati b’dak li qed jigri fl-Alġerija.” Bħalissa għaddejjin għadd ta’ protesti fit-Tuneżija minħabba ripressjoni mill-Gvern, nuqqas ta’ impiegi u faqar. Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar ma d-dimostrazzjonijiet miż-żgħażagħ bdew isiru vjolenti b’attakki fuq pulizija, ħruq ta’ bini u vandaliżmu fuq ħwienet. L-affarijiet kuljum qegħdin imorru għallagħar tant li l-President Zine El Abidine Ben Ali ħarab mill-pajjiż. Kien hemm allegazzjonijiet li ġej f ’pajjiżna imma l-President u familtu ntlaqgħu flArabja Sawdita wara li Franza ma aċċettatux. Iċ-chairman tal-Kunsill Kostituzzjonali tat-Tuneżija ħabbar li l-kariga ta’ Ben Ali ġiet annullata. Ilbieraħ nirien ħakmu ħabs fil-belt turistika ta’ Monastir li s’issa qatel 42 ruħ. L-ajruport internazzjonali Tunis Carthage lbieraħ reġa’ fetaħ wara li kien għalaq ilĠimgħa u ħalla l-art mijiet ta’ turisti. Avviż mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Min se jsiefer lejn it-Tuneżija għandu jżomm f’rasu li seħħew dimostrazzjonijiet f’postijiet differenti fit-Tuneżija li wasslu għal vjolenza. Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Jannar kien dikjarat stat ġenerali ta’ emerġenza u kien hemm curfew f’Tunis, Ben Arous, Ariana u La Manouba li ma ħalliex lin-nies joħorġu bejn it-8pm u l-5.30am. Il-Ministeru jissuġġerixxi lill-Maltin biex iżommu ’l bogħod mill-folol u l-protesti, joqogħdu attenti u jżommu mal-curfew anki fiż-żoni li ma ssemmewx hawn. Idealment jimxu mal-istruzzjonijiet kollha li jagħtu l-Awtoritajiet lokali tas-sigurtà. Numri ta’ emerġenza F’każ ta’ emerġenza, vjaġġaturi u Maltin li jgħixu hemm jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata fuq (+216) 71965811, (+216) 71963652 jew fuq in-numru ta’ emerġenza (+216) 24432154. Żur www.foreign.gov.mt/ tunisia għal aktar tagħrif. Meta bankina kbira ddejjaq triq Franica Pulis fpulis@mediatoday.com.mt F’dawn l-aħħar ġimgħat, tarf Triq Notabile fi Fleurde-Lys saret one-way b’tali mod li ħolqot inkonvenjent għar-residenti u sewwieqa li jużaw din it-triq. Dan qed jaffettwa mhux biss minħabba li jkollhom jieħdu dawra biex jaqsmu t-triq imma anki għax min imdorri juża t-triq iwaqqaf it-traffiku sakemm idawwar il-karozza. Dan ġara wara li nbniet blokka ġdida ta’ uffiċini u wessgħu l-bankina ta’ quddiemha b’tali mod li naqqsu l-wisgħa tat-triq. Din tiġi eżatt mad-dawra tal-ġnien biswit l-akwedott. Il-Kumitat Amministrattiv ta’ Fleur-de-lys ikkonferma ma’ din il-gazzetta li għalaq it-triq minn naħa biex jipprovdi s-sigurtà meħtieġa għar-residenti u s-sewwieqa sakemm tinstab soluzzjoni għal din il-kwistjoni. “Ir-raġuni għala twaħħlet it-tabella tal-one-way hi għassempliċi raġuni li bl-iżvilupp ta’ uffiċini privati li tlestew dan l-aħħar it-triq imsemmija djieqet ħafna bil-konsegwenza li tgħaddi karozza waħda bl-eżatt,” spjega Ronald Briffa, iċ-chairperson tal-Kumitat. Il-Kumitat malli nduna bl-inkonvenjent għamel kuntatt ma’ Austin Walker, Chairperson tal-Mepa, biex isejjaħ laqgħa urġenti dwar Il-bankina wiesa’ li dejqet lit-triq il-każ. Il-laqgħa saret fil-post u għaliha attendew diretturi mill-Mepa; is-Sindku ta’ Birkirkara, Michael Fenech Adami; Briffa u wieħed mid-diretturi tal-kumpanija li bniet l-uffiċini l-ġodda filpost. Wara l-laqgħa ntbagħat komunikat lill-partijiet involuti minn uffiċjal talMepa li għarrafhom li l-bini indikat sar skont il-linja tal-bini. Madanakollu l-Kumitat Amministrattiv ta’ Fleur-delys reġa’ għamel pressjoni biex tinstab soluzzjoni addatta dwar il-każ u sejjaħ għal-laqgħa oħra ma’ rappreżentanti mill-Mepa, mid-Dipartiment tal-Artijiet u minn Transport Malta biex jiltaqgħu mal-Kumitat u l-Kunsill ta’ Birkirkara. Din għandha ssir fil-jiem li ġejjin. et fit-Tuneżija Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 9 Aħbarijiet fil-qosor Il-qraba ta’ Ben Ali mhumiex milqugħa fi Franza Francois Baroin, il-kelliem għall-Gvern Franċiż, qal li l-qraba ta’ Ben Ali “mhumiex milqugħa” fi Franza. Wara li waqa’ l-Gvern Tuneżin, il-President Zine El Abidine Ben Ali ħarab millpajjiż li mexxa għal 23 sena, il-qraba tal-President fittxew post fejn imorru. Imma jekk Franza mhix lesta li żżomm lill-qraba tal-eksPresident, daqstant ieħor mhumiex ħerqana li l-qraba jibqgħu fil-pajjiż. Għalkemm ma speċifikawx min huma dawn il-qraba, Baroin qal li t-Tuneżini m’urewx ix-xewqa li jibqgħu fuq art Franċiża u se jitilqu. It-Tuneżija qabel kienet tifforma parti mill-kolonja Franċiża. Il-politika swietu $200 miljun Jinstab katavru f ’Pembroke Ilbieraħ wara nofsinhar instab katavru fil-baħar fl-inħawi tar-reverse osmosis f ’Pembroke. IlPulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rċevew ir-rapport fit- 2.45pm. Meta marru fuq il-post sabu katavru li ma kienx jinsab fi stat ta’ dekompożizzjoni. Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Minn investigazzjonijiet tal- Hold-up twassal għal qbid tal-ħalliel Ilbieraħ kien arrestat raġel wara attentat ta’ holdup li seħħ f’Ħaż-Żebbuġ l-Ġimgħa filgħaxija f’ħanut fi Triq il-Grazzja. Fil-5.30pm ħalliel mgħammad u armat daħal fil-ħanut jitlob il-flus. Imma baqa’ b’xiber imnieħer minħabba li sid il-ħanut irreżistih. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Minn investigazzjoni li wettqet il-Pulizija wara dan l-attentat ta’ serq din wasslet biex il-ħalliel ikun arrestat. Hu jinsab jiżmum millPulizija jgħinhom fuq il-każ li seħħ illum u oħrajn simili li seħħew f ’Ħaż-Żebbuġ matul dawn l-aħħar ġimgħat. Hu mifhum li raġel hu żagħżugħ fl-għoxrinijiet u hu twil ħames piedi. Dan kien il-ħames hold-up li twettaq f ’Ħaż-Żebbuġ. F’waħda mis-serqiet sid ta’ ħanut kellu jiddaħħal il-ħabs minħabba li ġarrab ġrieħi ħfief wara li kellu xi jgħid miegħu. Il-Maġistrat Silvio Meli qed imexxi l-inkjesta. Sadattant il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ qed iħejji bosta inizjattivi biex isaħħaħ is-sigurtà fir-raħal. Waħda mill-inizjattivi se tkun imħabbra waqt konferenza Ewropea li se ssir fl-istess lokalità taħt il-patroċinju tal-Forum Ewropew għal Sigurtà Urbana. Il-Kunsill irringrazzja lill-Pulizija għallisforzi tagħhom biex jarrestaw lill-kriminal. Pulizija l-katavru ġie identifikat li joqgħod Ħal Luqa u għandu 79 sena. Il-mewta tar-raġel mhix titqies suspettuża. Wisq probabbli żelaq fuq il-blat max-xifer. Il-karozza tiegħu nstabet ipparkjata fil-viċin. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Jacqueline Padovani ġiet mgħarrfa bil-każ u ħatret bosta esperti biex jassistuha fl-inkjesta. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ. Trattat mal-Arabja Sawdita kontra l-kriminalità Waqt li kien qed jindirizza l-ambaxxaturi residenti hawn Malta, il-Ministru għallAffarijiet Barranin, Tonio Borg, ħabbar li Malta se tiffirma ftehim mal-Arabja Sawdita biex tiġġieled ilkriminalità organizzata. Borg ħabbar ukoll li se jiġi ffirmat ftehim għal tassazzjoni doppja mal-Arabja Sawdita u mas-Saltna ta’ Oman, li tinsab fil-Lbiċ tal-Asja. Il-Ministru mistenni jżur dawn il-pajjiżi fil-ġimgħat li ġejjin. Borg qal ukoll li Malta tittama li tiffirma ftehim dwar it-tassazzjoni doppja marRussja. Waqt li fakkar l-iżviluppi internazzjonali li saru u l-ħidma ta’ Malta fl-affarijiet internazzjonali fl-2009, Borg tkellem dwar il-ħtieġa li jkun hemm progress fil-proċess għall-paċi fil-Lvant Nofsani. “Aħna nafu futur vijabbli lit-tfal ta’ Gaza, dawk ta’ Sderot u lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin, fejn jistgħu jgħixu f’paċi u armonija,” qal Borg. Fl-indirizz tiegħu, Borg irringrazzja lill-Istati Uniti u pajjiżi oħra li ħadu l-immigranti minn Malta u offrewlhom li jibdew ħajja ġdida f’pajjiżhom. Borg irrefera wkoll għaż–żjara li għamel il-Papa Benedittu XVI f’Malta s-sena l-oħra: “Għalkemm hi pajjiż sekulari, Malta mhix se toqgħod lura milli tiddefendi l-valuri Nsara li ssudaw l-identità tagħha tul is-snin. Tul din is-sena se nagħtu attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni globali li qed tara l-komunitajiet Insara jiddeterjoraw,” qal Borg. Waqt intervista flAwstrija, l-eks-attur Arnold Schwarzenegger sostna li biex iservi ta’ Gvernatur ta’ Kalifornja swietu minn tal-inqas $200 miljun. Imma ma jiddispjaċihx li ħa dik iddeċiżjoni. Schwarzeneger ikkalkula l-ammont ta’ flus li tilef billi kkalkula d-dħul mir-reċtar fil-films. Iżda ammetta li l-pożizzjoni tiegħu fil-politika għamlet aktar ħsara lillfamilja tiegħu. Qal li jiftakar fl-iljieli l-Ħadd filgħaxija meta l-mara tiegħu u t-tfal kienu jibku minħabba li kien ikun dejjem impenjat. “Nobogħdu xogħlok,” Schwarzenegger ikkwota lillqraba tiegħu jgħidu fil-bidu li beda l-karriera ta’ gvernatur. Għall-bidu kien isiefer it-Tnejn filgħodu minn Los Angeles għal Sacramento u jerġa’ lura f’Los Angeles fl-aħħar talġimgħa. “Kienet ta’ qsim il-qalb kull darba li ridt ngħaddi minnha,” stqarr Schwarzenegger. “Iżda aktar tard ħadt deċiżjoni aħjar: kont nipprova nsiefer lura d-dar kull filgħaxija!” 10 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Il-letteratura fl-iskejjel tista’ tiġi manipulata skont ix-xewqat ta’ xi individwi Miriam Dalli mdalli@mediatoday.com.mt Waqt konferenza stampa quddiem il-Librerija Pubblika tal-Furjana, ilFront Kontra ċ-Ċensura saħaq li l-ġabra ta’ stejjer ta’ Mario Azzopardi ġew ċensurati mill-iskejjel sekondarji minħabba deċiżjoni bbażata fuq twemmin konservattiv. “L-att ta’ ċensura sar għax ‘Vampir’ u ‘Alicia titkellem mill-Imwiet’ ma ssodisfawx xi kriterju konservattiv impost mill-konsultent li ħa din id-deċiżjoni,” qal Ingram Bondin, kelliem għall-Front. Bondin naqas milli jirreferi għal Joseph Boffa b’ismu, għalkemm hu l-konsulent tal-SLS (Sezzjoni tal-Libreriji talIskejjel) li ħa d-deċiżjoni li l-kotba ta’ Azzopardi ma jitpoġġewx fl-iskejjel sekondarji. “Madankollu l-ktieb jista’ faċilment jinstab fissezzjoni intermediate tattfal fil-Librerija Pubblika tal-Furjana,” qal Bondin. Il-Front saħaq li l-mod ta’ kif ittieħdet id-deċiżjoni tinkwetahom: “Is-sistema edukattiva tista’ tiġi faċilment manipulata skont ix-xewqat ta’ xi individwi billi jiġi ristrett xi kontenut mill-ixkafef tal-libreriji taliskejjel pubbliċi.” Il-Front allega li waqt il-proċess, li wassal għaċ-ċensura taż-żewġ kotba, seħħew numru ta’ irregolaritajiet. Bondin saħaq li meta wieħed jeżamina l-manwal li jirregola dan il-proċess wieħed isib numru ta’ punti li jidher ċar li ġew injorati għal kollox. “Id-direttiva tal-SLS li tipprojbixxi dawn il-kotba hi illeġittima. Il-manwal jisħaq li hi r-responsabbiltà tal-għalliema-librara li jikkordinaw u jirrakkomandaw l-għażla u x-xiri ta’ materjal għallibrerija,” qal Bondin. Spjega li l-manwal jgħid ukoll li “l-użu ta’ profanità u inċidenti sesswali fihom infushom ma jiskwalifikawx materjal mill-għażla … u ż-żgħażagħ huma dawk li għandhom aktar minn 14-il Membri mill-Front Kontra ċ-Ċensura sena.” Bondin kompla jgħid li evalwata minn bord ta’ l-manwal jisħaq li l-mertu esperti li m’għandhom letterarju tal-ktieb għandu l-ebda kunflitt ta’ interess jitqies ukoll. fil-każ.” Bondin fakkar li deċiżjoni Bondin spjega li bħal din tolqot lill-kbar jekk il-bord iħoss li ukoll: “Ladarba l-libreriji l-klassifikazzjoni mhix tal-iskejjel pubbliċi addattata għandu jpoġġi jintużaw anke mill-adulti, l-ġustifikazzjoni tiegħu miżuri li jżommu kotba għall-iskrutinju talmilli jkunu provduti jolqtu pubbliku. faxxa akbar ta’ nies.” “L-awtur għandu jkollu Fuq dan il-punt Bondin d-dritt li jappella minn din saħaq li l-Front kien qed id-deċiżjoni,” qal Bondin. jipproponi numru ta’ Il-kelliem qal li l-Front proposti biex ikun hemm qed jitlob lill-Kunsill proċess “trasparenti”. Nazzjonali tal-Ktieb biex “Is-sistema ta’ jippubblika r-rapport li klassifikazzjoni għandha għamel dwar il-każ. tkun ċara u trasparenti. “Nemmnu li l-għarfien L-awtur għandu jkollu tal-kontenut ta’ dan ird-dritt li jissuġġerixxi rapport hu fl-interess l-klassifikazzjoni li jaħseb tal-pubbliku. Is-sitwazzjoni li hi addattata għal xogħlu. preżenti qed tagħti Din it-talba għandha tkun l-impressjoni li dan il-każ qed jiġi diskuss wara bibien magħluqa,” sostna Bondin. Il-Front ma qgħadx lura milli jgħid li jekk ma jittiħdux miżuri biex każi bħal dawn ma jerġgħux jiġru huma se jitolbu r-riżenja ta’ min kien responsabbli minn din iddeċiżjoni fl-SLS. Waqt il-konferenza l-Front tkellem ukoll dwar kotba li huma iżolati fillibrerija tal-Università ta’ Malta. “Fost aktar kotba l-Front irnexxielu jsib 33 ktieb li huma iżolati x’aktarx minħabba li setgħu kienu interpretati bħala kontroversjali. L-ismijiet tal-kotba jitkellmu għalihom infushom,” saħaq Bondin. “Il-kotba huma marbuta 10 mit-33 ktieb li jinsabu iżolati fil-librerija tal-Università ta’ Malta Marquis de Sade (1973) David Spencer (1996) Robert Hutchison (1997) Simon Andreae (1998) Mark D. Jordan (2000) Gary Greenberg (2000) Gerard Bodson (2000) Wayne Anderson (2002) Ronald Hayman (2003) Paul Gravvett (2004) Justine, ou les malheurs de la vertu Gay and Gaia: Ethics, ecology and the erotic Their kingdom come: inside the secret world of Opus Dei Anatomy of desire: the science and psychology of sex, love and marriage The silence of Sodom: homosexuality in modern Catholicism 101 myths of the Bible: how ancient scribes invented biblical history Cracking the Apocalypse code: the shocking secrets of the Book of Revelation decoded Picasso’s brothel: Les demoiselles d’Avignon Marquis de Sade the genius of passion Manga: Sixty years of Japanese Comics Għal-lista sħiħa żur http://www.maltatoday.com.mt/news/data/books-sectioned-from-university-of-malta-s-library-s-main-collection Links għal stejjer dwar ‘Vampir’ fuq il-maltatoday.com.mt http://www.maltatoday.com.mt/news/national/state-school-told-not-to-stock-mario-azzopardi%E2%80%99s-vampir-in-library http://www.maltatoday.com.mt/news/national/probe-into-ban-on-mario-azzopardi-works-to-report-findings-by-early-2011 http://www.maltatoday.com.mt/news/national/school-libraries-manual-contradicts-ban-on-mario-azzopardi-works-publishers mas-sesswalità jew huma kritiċi għall-Knisja Kattolika jew jesprimu xi opinjoni li tista’ titqies kontra l-ordni soċjali prevalenti.” Fi stqarrija ta’ Mario Azzopardi li nqrat waqt il-konferenza, l-awtur taż-żewġ kotba qal li “l-hekk imsejħa pariri u deċiżjonijiet dwar x’jidħol u ma jidħolx fil-libreriji tal-iskejjel sekondarji qed jittieħdu fuq bażi personali. “Min qed jieħu dawn id-deċiżjonijiet jista’ jkollu l-aġenda partikolari tiegħu jew tagħha. Jibqa’ l-fatt li meta jinħarġu ċerti direttivi qed ikun imblukkat l-iżvilupp intellettwali tal-istudenti Maltin f ’età kruċjali,” sostna Azzopardi. L-awtur saħaq li l-istudenti għandhom dritt li jfittxu xi ħaġa differenti li tgħinhom jaslu għall-konklużjonijiet etiċi marbuta mal-esperjenzi tagħhom jew ta’ sħabhom. Azzopardi qal li l-istejjer li hemm f ’‘Vampir’ u f ’‘Alicia Titkellem mill-Imwiet’ ma nkitbux biex jixxukkjaw, jissensazzjonalizzaw jew jimmanipulaw ix-xena letterarja. “Jien ma nemminx filletteratura “innoċenti u aljenatorja fejn jidħlu ż-żgħażagħ imma f ’materjal li jisfida r-realtà tal-ħajja permezz ta’ sitwazzjonijiet awtentiċi,” qal Azzopardi. Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 11 Kappillani jirrifjutaw iqaddsu funerali wara nofsinhar Franica Pulis fpulis@mediatoday.com.mt Għadd ta’ kummissjonanti lmentaw ma’ din il-gazzetta li f ’ċerti parroċċi jsibuha diffiċli biex jagħmlu funerali wara nofsinhar, speċjalment isSibt. Normalment funeral f ’dawn il-ħinijiet iseħħ bejn is-2pm u l-4pm li hu wkoll ħin l-irqad. Ir-raġuni li normalment tingħata mill-kappillani hi li ma jkunux jistgħu f ’dak il-ħin. Naturalment din toħloq inkonvenjenza lillkummissjonanti u lill-qraba tal-mejjet li biex jinqdew ikollhom jużaw parroċċa oħra biex iżommu l-ħin mixtieq. Inkella jekk il-kappillan jaċċetta li jiftħilhom il-knisja jinġieb ċelebrant minn barra l-lokalità. Din il-gazzetta staqsiet lillKurja dwar jekk kappillan jew qassis għandux id-dritt jirrifjuta li jagħmel quddies ta’ funeral f ’ċertu ħin anke jekk ma jkollux impenji oħra. It-tweġiba tagħhom kienet: “Din mhux kwistjoni ta’ dritt. Il-qraba għandhom jiftiehmu mal-kappillan jew mar-rettur tal-knisja dwar il-ġurnata u l-ħin talfuneral. Jista’ jkun hemm impenji oħra għall-kappillan jew il-viċi, jew inkella jkun Il-Ħadd fadal xi tmien parroċċi biss li jqaddsu l-funerali diġà impenjat b’numru ta’ quddisiet. “Wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li għandna numru ta’ parroċċi bil-kappillan biss u xi saċerdot li jkollhom impenji saċerdotali oħra barra l-parroċċa.” Imma kummissjonant minnhom spjega li ġieli l-qraba qed jispiċċaw iċemplu lill-Provigarju Anton Gouder biex jidħol bħala medjatur u jikkonvinċi lill-kappillan iqaddes ilfuneral. “Kull meta jinqala’ ntopp il-qraba jispiċċaw imorru għand Gouder u mhux l-ewwel darba li ordna lil xi kappillan jiftaħ il-knisja għall-funeral. Dejjem iġibu l-iskużi li għandhom impenji oħra. Fejn hu r-rispett li kellna qabel fis-snin 80? Imbagħad il-Ħadd hu l-agħar jum għall-funerali, għax kulma fadal xi tmien parroċċi li għadhom jagħmluhom. “Il-qraba minħabba fihom mhux biss qegħdin isofru t-telfa tal-mejjet imma qed jispiċċaw itertqulhom qalbhom biex jagħmlu l-funeral li hu inġust fuqhom.” Kummissjonant ieħor spjega li mhux dejjem il-kappillani jkunu lesti li jiftħu l-knisja għal ċelebrant barrani għax idaħħlu inqas flus. Bħala spejjeż ma jaffettwax tant għax kummissjonant xorta jħallas €60 ta’ quddies u ċelebrant. Imma kappillan talli jiftaħ il-knisja għal ċelebrant barrani kulma jieħu €25, il-bqija jingħataw lis-saċerdot li jqaddes. Għalhekk jista’ jkun il-każ li f ’xi drabi ċerti kappillani jippruvaw imexxu l-ħin meta jistgħu huma biex jieħdu s-somma sħiħa b’inkonvenjenza għall-qraba. Kwistjoni oħra li ġieli l-kummissjonanti jħabbtu wiċċhom magħha hi li kappillan dejjem iqabbad l-istess kummissjonant meta l-qraba jitolbuh isibilhom lil xi ħadd. Illum staqsiet jekk kappillan jistax jagħmel hekk u kif taħdem issistema. Kelliem għall-Kurja qal li “is-saċerdoti għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex ma jidħlux fil-kwistjoni ta’ liema kummissjonant jitqabbad mill-familja. Jekk il-familja jkollhom bżonn ta’ xi għajnuna naturalment jistgħu jissuġġerixxu lil xi ħadd”. Aħbarijiet fil-qosor Zsa Zsa Gabor qatgħulha riġel L-attriċi Zsa Zsa Gabor ta’ 93 sena qatgħulha r-riġel tal-lemin bittama li ssalva ħajjitha. It-tobba li operawha qalu li l-operazzjoni kienet suċċess għad li l-mara għadha fi stat kritiku ħafna. Gabor iddaħħlet l-isptar fit-2 ta’ Jannar wara li fallew tentattivi blantibijotiċi biex ifejquha. It-tabib li operaha qal li Gabor kienet issofri minn ċirkolazzjoni ħażina ’l fuq minn irkupptejha. Frederic Prinz von Anhalt, ir-raġel tal-attriċi, qabel li kellha ssir l-operazzjoni għax minkejja kull attentat li sar biex l-attriċi tfieq wara operazzjoni f’Lulju li għadda, dawn ma swew għal xejn. Morin Amerikan joqtol pulizija Afgan Morin Amerikan spara u qatel pulizija Afgan wara argument li nqala’ bejn it-tnejn waqt operazzjoni ta’ sigurtà fitTramuntana tal-Afganistan. L-inċident seħħ fil-provinċa ta’ Helmand. Skont rapporti li ħarġu fil-bidu, il-pulizija Afgan hedded lill-Amerikan u beda jxejjer l-arma tiegħu. Kelliem għall-ISAF (International Security Assistance Force) qal li l-pulizija qabad l-arma u ppunta lejn ilmorin. Kif ra hekk, il-morin beda’ jgħajjat mal-pulizija biex ineħħi l-arma, iżda kien għalxejn. Kien hawnhekk li l-morin spara żewġ tiri lill-pulizija bil-konsegwenza li qatlu. Rapporti Amerikani jattribwixxu dan il-qtil minħabba l-pressjoni li qed teskala bejn it-truppi tan-NATO u l-forzi tas-sigurtà Afgani fil-ġlieda tagħhom kontra r-rewwixti. Fin-Nepal iljunfanti jilagħbu l-futbol Logħba tal-futbol bejn l-iljunfanti f’festival internazzjonali fin-Nepal ġibdet għadd kbir ta’ spettaturi. Iggwidati minn nies fuq spallejhom, l-iljunfanti ddribbiljaw il-ballun u anke rnexxielhom jiskurjaw qalb l-iskantament tan-nies. Dan il-festival, li ilu jsir seba’ snin fiċ-Chitwan National Park fis-Sauraha, jirnexxilu jiġbor miljuni ta’ liri f’belt li hi fqira. Ir-Re Canute 12 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Joe Ellis M eta konna żgħar konna kważi kważi aktar nitgħallmu l-istorja Ingliża minn dik Maltija. Din il-ġimgħa ftakart fi storja partikulari, dik tar-Re Canute, re viking tal-Ingilterra, Skozja u partijiet tal-Iskandinavja li għex qabel l-invażjoni Normanna. Dan ir-Re kellu ħafna suċċessi filħajja qasira tiegħu u l-korteġġjani tiegħu tgħidx kemm kienu jinċenswah u kienu anke jgħidulu li jista’ jordna lill-baħar jirtira ’l barra. Antica Roma! Darba, skont il-leġġenda, biex jagħtihom tagħlima, amar li jeħduh ħdejn il-baħar u hemmhekk beda jordna lill-baħar biex imur lura. Ovvjament il-baħar ma tax każ u baqa’ dieħel sa saqajn ir-Re li beda jesklama li Il-lingwaġġ politiku 1 . Il-persuni filpolitika, kemm dawk li diġà qegħdin iservu fiha, kif ukoll dawk li qed jaspiraw li jidħlu għaliha, għandhom responsabbiltà fuqhom. Il-grad ta’ dan id-dmir hu naturalment differenti, però kull min jieħu sehem filformazzjoni tal-opinjoni pubblika jrid joqgħod attent. Irid jara x’diskors jgħid u kif jgħidu. Irid joqgħod attent li jagħraf iwassal il-messaġġ tiegħu mhux b’ħafna paroli żejda, li jinstigaw lin-nies lejn ħaġa jew oħra, imma li jassigura li juża r-raġuni. Ir-raġuni hi l-mezz, l-istrument, li permezz tagħha wieħed jibdel l-opinjonijiet tal-bnedmin. 2 . Użu żbaljat talkelma, flok twassal għas-sewwa, tinbet is-sikrana f ’moħħ min qed jisma’. Hu faċli li tisparla; fil-privat hemm ċerti konsegwenzi, però meta dawn jingħaddu fil-pubbliku allura 3 Carmelo mifsud bonnici l-affarijiet isiru ferm u ferm iktar kumplikati. Hemm persuni li ma jafux jagħmlu distinzjoni bejn l-argument u min iressqu. Għal dawn il-persuni, flok hi dik li jistgħu jipperswadu l-kontra, jitilqu diġà bl-idea li d-djalogu hu impossibli u għalhekk dak il-bniedem hemm bżonn li jiġi distrutt flimkien mal-ħsieb tiegħu. . Verament mhux kull persuna tagħraf biżżejjed kemm trid toqgħod attenta, u mhux dejjem ikollha l-interess li tagħmel il-ħsara, anzi l-iktar li jkun għal qalbha hi l-attenzjoni li tieħu. Biss l-impatt taddiskors żejjed, li jsaħħan, li jistiga lin-nies kemm jekk isir volontarjament jew involontarjament, xorta jwassal għal ċerti konsegwenzi. L-inċidenti ta’ din il-ġimgħa f ’Tucson, fl-Istat Amerikan talArizona, huma eżempju ħaj u dirett tal-effetti ta’ kliem żejjed li jingħad minn naħa għal oħra tal-partiti politiċi Amerikani. 4 . Persuni innoċenti nqatlu, diversi feruti għall-mewt, dawn huma l-aspetti negattivi ta’ diskors bla sens li daħal f ’moħħ żagħżugħ li uża arma biex jipprova jelimina, joqtol lil rappreżentanta demokratika fil-kungress Gabrielle Giffords, l-poter ta’ re ma jfisser xejn ħdejn dak ta’ Alla li jordna l-forzi tan-natura hu. Is-sena bdiet biż-żidiet f ’attività mill-iktar normali li fiha din l-omm li diġà ġiet eletta tliet darbiet wara xulxin biex tiltaqa’ mal-kostitwenza tagħha. Din spiċċat f ’waħda millikreh traġedji. Bl-Imħallef John M. Roll maqtul u bi tfajla ċkejkna ta’ disa’ snin, Christina-Taylor Green, kattolika, imwielda proprju fil-11 ta’ Settembru 2001, jispiċċaw vittmi ta’ aġir żbaljat. 5 . Id-dinja demokratika diġà għaddiet mill-esperjenza negattiva tal-aħħar żewġ Gwerer Dinji, fejn iddiskors demagoġiku, retoriku u populista ta’ żewġ imġienen fl-Italja u fil-Ġermanja, waslu għall-atti ta’ mibegħda li kissru l-Ewropa u ġabu devastazzjoni. Id-diskors li jingħad b’nuqqas ta’ mħabba, b’mibegħda, iġib dan kollu. Anzi dan l-aġir hu wieħed antidemokratiku, wieħed li fih id-drittijiet fundamentali ta’ kull persuna umana fil-prezzijiet tal-enerġija u ta’ bosta oġġetti essenzjali oħra li wkoll kellhom jogħlew minħabba ż-żidiet jispiċċaw. Għalhekk irid isir l-impenn biex kull min hu fil-politika u jħobb id-demokrazija ma jaqax fl-iżbalji ta’ ħaddieħor. 6 . Il-politika m’għandhiex fuq dan xi limitazzjoni ġeografika. Dak li jgħodd f ’demokraziji oħra jgħodd għalina wkoll. Jekk naqgħu għat-tentazzjoni li nsaħħnu lin-nies għal xulxin inkunu qed naqbdu din it-triq aħna wkoll. Ir-responsabbiltà politika titlob li ma nagħmlux dak li ma rridux li jsir lilna u li l-effett tagħha jkun li nieħdu lin-nies f ’toroq li m’għandhomx. Min jismagħna ngħajru jew nakkużaw lil xulxin ma jifhimx neċessarjament li dan hu biss diskors, però jibda jaħseb li hemm bżonn aġir u hemm isiru dak li ma rridux. Il-politika hi strument li permezz tagħha tista’ tagħmel il-ġid jew id-deni. Inżommu lilna nfusna biex nagħmlu s-sewwa. Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 13 fl-ispejjeż tal-produzzjoni. Żidiet li prevedibbilment qajmu l-kontroversja bilunions iridu jiddiskutu l-kwistjoni fil-Kunsill Malti tal-Iżvilupp Ekonomiku u l-Oppożizzjoni tagħti avviż ta’ mozzjoni fil-Parlament. Din mhix xi problema ta’ Malta biss. Żidiet simili fl-Italja ukoll kienu kontroversjali mentri l-gvernijiet talBolivja u tal-Pakistan kellhom jirrevokaw żidiet fil-prezzijiet taż-żejt u l-enerġija minħabba l-inkwiet soċjali li qajmu. Fl-Alġerija is-sitwazzjoni tinsab fix-xifer ta’ rvell ġenerali għax il-poplu ma jiflaħx għal aktar żidiet ta’ prodotti essenzjali bħazzokkor mentri fit-Tuneżija faqqa’ rvell li ħalla ħafna mwiet u heżżeż is-sisien tal-poter. Kif semma ekonomista Taljan din il-ġimgħa qegħdin f ’sitwazzjoni tassew paradossali. Mentri d-dinja żviluppata għaddejja minn perjodu ta’ żvilupp fjakk biex ma ngħidux li qegħdin f ’riċessjoni jew agħar, l-ekonomiji hekk imsejħin emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Malasja u s-Singapore, għaddejjin b’espansjoni ekonomika qawwija u d-domanda għall-prodotti enerġetiċi kif ukoll għall-ikel hi qawwija. Tant li l-provvista ta’ bosta prodotti qajla tlaħħaq mad-domanda u kwalunkwe inċident jista’ jkollu effett qawwi fuq il-prezz. Kif rajna din il-ġimgħa l-għargħar fl-Awstralja ta lok biex il-prezz tal-faħam laħaq prezz rekord u dan se jaffettwa wkoll il-prezz tal-azzar. Hemm ukoll fattur ieħor li qed jaffettwa l-prezz ta’ ħafna komoditajiet. Dan hu l-fattur tal-ispekulazzjoni. Il-prezz tar-ramm laħaq livell rekord u dan żgur minħabba l-ispekulazzjoni li għaddejja f ’dan ilmetall. Wieħed li jkabbar id-dundjani l-Ingilterra allega li l-prezz taddundjani fil-Milied kien se jogħla sew minħabba l-ispekulazzjoni fil-qamħ li jaffettwa l-prezz tal-ġwież. Fattur li l-produtturi lokali tal-ħalib qed isemmu biex jiġġustifikaw iż-żieda filprezz tal-ħalib. Dawn huma forzi ekonomiċi li l-ebda gvern ma jista’ jagħmel wisq biex jikkumbatti. L-ebda mozzjoni mhi se tannulla l-għoli fil-prezz taż-żejt. Il-gvernijiet huma ftit jew wisq fil-pożizzjoni tar-Re Canute quddiem il-mewġ tal-baħar. Imma dan ma jfissirx li ma jista’ jsir xejn biex jittappan l-effett ta’ tali żidiet. U hawnhekk fejn l-isforzi tal-Gvern, tal-partiti u tal-partijiet soċjali għandhom ikunu konċentrati. Nieħdu l-qasam talenerġija. Malta s’issa ma tipproduċix żejt u rridu nimpurtaw iż-żjut kollha li nikkunsmaw. Hu evidenti li pajjiżna raqad fl-epoka taż-żejt irħis u m’ għamel xejn biex innaqqsu d-dipendenza totali tagħna fuq iż-żejt impurtat. Issa bdew isiru xi sforzi biex titħeġġeġ l-enerġija rinovibbli imma dawn l-isforzi, barra li huma pjuttost limitati, idumu ma jagħtu l-effett mixtieq u jeħtieġ ħafna aktar ħidma fir-rigward. Hemm bżonn ta’ ħidma f ’oqsma oħra. S’issa għadu sar ftit li xejn dwar id- Is-sitwazzjoni quddiemna hi mimlija sfidi u għalhekk hemm bżonn ta’ sforzi kollettivi biex bi kreattività nilqgħu għalihom disinn tal-bini tagħna biex jitnaqqas il-konsum tad-dawl fis-sajf u fixxitwa. B’disinn intelliġenti u bl-użu ta’ materjal talbini effiċjenti, il-konsum tal-enerġija fil-bini jista’ jitnaqqas drastikament. Fil-Ġermanja qed jibnu djar li ma jużaw xejn enerġija: l-enerġija li tinħela fid-djar tiġi ġġenerata hemmhekk stess. Ovvjament, dawn id-djar jiswew aktar minn dawk normali. Wieħed jittama wkoll li r-riforma tant mistennija tat-trasport pubbliku tħeġġeġ lill-poplu jagħmel anqas użu mill-karozzi privati ġaladarba jkun hawn alternattiva adegwata ta’ trasport. Dan jinvolvi bidla radikali fil-mentalità tagħna lkoll li drajna l-kumdità tal-karozzi privati. Barra minn hekk il-gvern irid joqgħod attent li ma jitfax aktar melħ fuq ilferita. Ċertament li ż-żieda tas-sisa fuq il-petrol ta’ ftit xhur ilu ma għenitx ħalli ma jiżdidux il-prezzijiet. Imma jkun ferm agħar jekk il-gvern jipprova jagħmel tajjeb għaż-żidiet billi jissussidja l-prezz ta’ tali prodotti għax issussidji dejjem taw lok għall-ħela kbira u spiċċaw insostenibbli. Is-sitwazzjoni quddiemna hi mimlija sfidi u għalhekk hemm bżonn ta’ sforzi kollettivi biex bi kreattività nilqgħu għalihom. Dan aktar u aktar f ’pajjiż żgħir u vulnerabbli bħal tagħna. ellisjoseph@gmail.com Il-Punt Dritt ċivili li tagħmel użu minnu jekk trid Yvonne Arqueros Ebejer l-libertà u l-ugwaljanza huma, żgur mhux forsi, żewg valuri fundamentali ta’ kull demokrazija. F’kull pajjiż demokratiku kulħadd hu trattat indaqs f ’għajnejn il-Liġi. Forsi waħda millaktar karatteristiċi taddemokrazija hi l-maġġoranza iżda din trid timxi id f ’id ma’ gvern verament responsabbli u l-ħarsien tad-drittijiet individwali. Hu essenzjali li l-ebda ċittadin ma jiġi oppress mit-tirannija talmaġġoranza li tista’ toħloq ħafna inkonvenjenzi u I problemi lil bosta persuni. Il-problema tal-minoranza hi waħda mill-akbar theddida għad-demokrazija. Eżempju konkret ta’ dan hu dak li qed iseħħ hawn Malta. Qed nirreferi għall-kwistjoni tad-divorzju. Din qed tiġi l-ħin kollu mhedda mill-Istat u mill-PNPL li ma jridux jieħdu pożizzjoni ċara f’dan ir-rigward. Id-divorzju hu dritt ċivili. Dritt li kull ċittadin għandu jgawdi minnu jekk ikun hemm bżonn. Dritt li jeżisti f’pajjiżi demokratiċi u saħansitra anke f’pajjiżi fejn id-demokrazija mhix l-ordni tal-ġurnata. Hu d-dover talIstat li joħloq spazju legali fejn kull individwu jista’ jagħmel l-għażla tiegħu. Id-diskussjoni dwar illeġislazzjoni tad-divorzju mhu ħa tispċċa qatt jekk il-PNPL mhux se jieħdu azzjoni politika minflok joqogħdu jilagħbu bil-kliem u bin-nies. Naraw dan fil-gazzetti u t-televiżjoni. Ħafna jibżgħu li jirfsu xi kallu ta’ xi ħadd. Iżda hemm bżonn li jifhmu li d-divorzju hu dritt ċivili. Id-divorzju tagħmel użu minnu jekk trid. U d-divorzju ma jkissirx familji għax meta koppja tasal biex tiddivorzja, iż-żwieġ tagħhom ikun spiċċa u wasal għad-difna. Hi ħasra li l-PNPL jibqgħu jinjoraw din il-ħtieġa u d-dritt. Kienet biss l-Alternattiva Demokratika li tkellmet b’mod ċar u dirett u saħansitra ilha mill-1992 tinkludih f ’kull programm u manifest elettorali. Ħaġa tal-iskantament kif il-PNPL jipproponu leġiżlazzjoni talkoabitazzjoni iżda mhux dik tad-divorzju. Ħaġa stramba kif ħafna joqomsu meta ssemmi divorzju iżda ma jgħidu kważi xejn dwar ilkoabitazzjoni, annullamenti u separazzjonijiet. Verament nispera li l-Membri Parlamentari kollha jifhmu l-bżonn ta’ dan id-dritt ċivili. Iċ-ċittadin għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox u nispera li kif Jeffrey Pullicino Orlando kien l-uniku wieħed mill-Membri Parlamentari li ta kas illeġiżlazzjonijiet tal-Irlanda u l-Italja li kienu bagħtu l-Alternattiva Demokratika lill-Membri Parlamentari kollha, ikun hemm ukoll aktar Membri Parlamentari li jifhmu li dan hu dritt ċivili u mhux kwistjoni talopinjoni personali tagħhom. Fortunatament dan l-aħħar inħoloq moviment ġdid: Movement Iva għal-liġi tad-divorzju. Grupp ta’ nies li jemmnu f ’soċjetà miftuħa, pluralista u demokratika. Dan magħmul minn Evasrist Bartolo, Michael Briguglio, Michael Falzon, Jeffrey Pullicino Orlando, Marlene Mizzi, Martin Scicluna u minni, Yvonne Arqueros Ebejer. Roderick Bartolo, Etienne Borg u David Micallef St John huma wkoll membri. Iċ-chairperson ta’ dan il-kumitat hi l-avukat Deborah Schembri. Id-drittijiet ċivili ma għandhom qatt ikunu għall-bejgħ u lanqas jiġu mhedda minn ħadd u minn xejn – la partiti, la twemmin personali tal-Membri Parlamentari u lanqas minn reliġjonijiet. Dan id-dritt ċivili tagħmel użu minnu jekk trid. Ħadd ma jimponih fuq ħadd. Id-divorzju hu mezz li bih tista’ almenu tirranġa s-sitwazzjonali legali ta’ koppja minflok tħalliha separata għal dejjem. Innuqqas ta’din il-leġiżlazzjoni tad-divorzju qed toħloq bosta umiljazzjoni u uġigħ lil ħafna individwi. Illeġiżlazzjoni tad-divorzju terġa’ tagħti lura d-dinjità lil dawk li huma oppressi minħabba n-nuqqas tagħha. Wasal iż-żmien li nifhmu verament lil min għandu bżonn. Wasal iż-żmien li nifhmu li d-divorzju la hu kapriċċ u lanqas xi ħaġa talbiża’: kulma hu dritt ċivili li tagħmel użu minnu jekk trid. Yvonne Arqueros Ebejer hi kelliema għad-Drittijiet Ċivili fl-AD 14 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Ċentri tas-Saħħa adegwat Mill-vetrina spiċċajna l-kantina. Il-pazjenti qed jitneżżgħu mid-dinjità kollha tagħhom K ellu 18-il sena meta b’ċikka ħabib tiegħu kkonvinċieh japplika għallkors talinfermiera. Jistqarr li hu qatt ma kien xi bniedem kuraġġuż imma ladarba daħal għal kors ried jagħmel ħiltu kollha biex jirnexxi. L-ewwel każ li nzerta kienet persuna li daħlet b’emerġenza għax qatgħet idha barra. Kellu jirbaħ il-biża’, irabbi l-kuraġġ u jġorr l-id maqtugħa. Hekk jirrakkonta l-ewwel esperjenza tiegħu fl-emerġenza John Zammit, illum President tal-Union tal-Infermiera fl-Emerġenza (ENU). F’dawn l-aħħar ġimgħat smajna ħafna dwar l-ENU minħabba l-ġlieda tagħha kontra l-Gvern dwar is-sitwazzjoni kerha li jinsab fiha d-Dipartiment tal-Emerġenza flIsptar Mater Dei. L-infermier li ilu 24 sena fl-Emerġenza, issa President tal-ENU Miriam Dalli mdalli@mediatoday.com.mt Din il-ġimgħa stess il-union ħarġet stqarrija fejn sostniet li mat-12il pazjent damu aktar minn 18-il siegħa jistennew fuq stretcher biex jingħataw sodda. Mistoqsi jekk il-problema fl-Isptar hix kawża tal-mewġa ta’ influwenza li laqtet lill-pajjiż, Zammit jgħid le: “Din il-problema ilha hemm. Biss biss, is-sena l-oħra daħlu aktar nies morda bl-influwenza minn din is-sena. Il-kwistjoni ħarġet fil- beraħ għax bħala union stinkajna u għamilna enfasi biex forsi din il-problema xi darba tissolva.” Għalkemm l-infermiera talemerġenza kienu jagħmlu parti millUnion tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), huma ħassew li kellhom joħolqu union għalihom. “Fl-Emergency Unit biss hemm mat-80 infermier. Fl-MUMN leħinna ma kienx jinstema’ biżżejjed. Kien hemm il-bżonn li xi ħadd jiffoka fuq id-Dipartiment talEmerġenza biss għax, kif anke ħareġ fil-beraħ, hu l-aktar dipartiment li qed ibati,” qal Zammit. Zammit saħaq ukoll li fl-aħħar mill-aħħar l-għan tal-ENU, union li tiġbor fiha 96% ta’ dawk li jaħdmu fl-A&E u tal-MUMN, hu wieħed: “Aħna qegħdin hawn biex nagħtu l-aħjar servizz lill-pazjent. Iżda biex nagħmlu dan għandna bżonn ir-riżorsi biex naħdmu.” Zammit fakkar li bħala union l-ENU talbet lill-Ministeru tasSaħħa biex jagħmel rapport dwar risk assessment u infection control. Hu jispjega li r-rapport hu studju ta’ x’jista’ joħloq periklu għan-nies biex b’hekk wieħed ikun jista’ jevalwa jekk ittiħdux il-prekawzjonijiet meħtieġa jew hemmx lok għal titjib. “Iżda l-Ministeru baqa’ ma weġibna xejn dwar dan. Din it-talba ma saritx sempliċiment għax kien hemm mewġa ta’ influwenza, kulħadd fuq Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 15 ti biex tissolva l-problema la jaqdih malajr. Jien nemmen li għandu jkun hawn tliet ċentri tas-Saħħa, anke għall-każi ta’ casualty.” Zammit qal li hi naturali li Età: 45 sena persuna li mhix tinqeda sew minn Stat: Miżżewweġ b’żewġ subien; naħa trid tmur x’imkien ieħor. wieħed ta’ 20 sena u l-ieħor 16 “Barra minn hekk, iċ-Ċentri Professjoni: Deputy Nursing tas-Saħħa m’għandhomx il-mezzi Officer fid-Dipartiment kollha biex jagħtu servizz komplut. tal-Emerġenza L-idea li jkollok tliet ċentri Minn fejn int: Ir-Rabat tas-Saħħa, miftuħa 24 siegħa L-akbar biża’ tiegħek: Li mmut, kuljum u armati anke biex jagħmlu forsi għax inħabbat wiċċi malx-rays u jassistu lil xi ħadd li, mewt kuljum pereżempju, jkun kiser subajgħ, Kieku tmexxi l-pajjiż liema tkun hi li tnaqqas il-każi li mhumiex l-ewwel deċiżjoni li tieħu: Li gravi mill-Emerġenza,” qal nipprova nifhem liż-żgħir Zammit. Kieku kellek tistieden VIP għallIl-President tal-ENU spjega li ikel min ikun: Xi ħadd mhux kuljum, bejn is-7pm u s-7am, politiku żgur, probabbli lil John fl-emerġenza jidħlu medja ta’ 30 Bundy pazjent kuljum. L-akbar kisba f’ħajtek: Il-familja “Ma jfissirx li dawn kollha jinsabu tiegħi fi stat serju jew ta’ emerġenza. Imma ladarba m’għandhom imkien aktar fejn imorru, dawn jispiċċaw xulxin b’riskju li l-mard jinxtered hawnhekk,” sostna Zammit. Hu żied aktar, iżda għax il-ħaddiem għandu jgħid li f ’24 siegħa din iċ-ċifra titla’ dritt ikun jaf f ’liema ambjent qed għal 300 persuna u xi drabi anke jaħdem,” qal Zammit. tolqot it-350. Hu żied jgħid li l-Emergency Il-problema taċ-Ċentri tas-Saħħa Unit spiċċat żona fejn għandek flimkien ma’ dik ta’ nuqqas ta’ pazjenti morda b’xi infezzjoni jew spazju ssib fil-quċċata tagħha każi ta’ mediċina oħra jitħalltu ma’ r-realtà li hawn anqas tobba u dawk li għadhom kif saritilhom xi infermiera, li skont Zammit dan inoperazzjoni. nuqqas jammonta għal madwar 300 “Mill-vetrina spiċċajna l-kantina,” persuna f ’kull settur tas-Saħħa. saħaq Zammit. “Il-pazjenti qed Mistoqsi jekk il-kampanja li saret jitneżżgħu mid-dinjità kollha biex jitħeġġu aktar nies jibdew tagħhom. Ikollhom bżonn jistrieħu jaħdmu bħala infermiera ħallitx u ma jistgħux; ikollhom bżonn effett, Zammit jistqarr li fl-opinjoni jirċievu trattament u dan ma jistax tiegħu din il-kampanja ma ħallietx jingħata sew. effett li jinħass. “Minħabba n-nuqqas ta’ spazju, “Il-problema mhix qiegħda filf ’sitt cubicles konna npoġġu 22 fatt li m’hawnx persuni li jitħajru pazjent, għalkemm issa dan injagħmlu karriera min-nursing. numru niżżilnieh għal 17. U wieħed Fl-ewwel sena dejjem ikun hemm irid iżomm f ’moħħu x’jiġri fil-każ li numru sabiħ ta’ studenti li jibdew. jinqala’ xi diżastru u għandek bżonn Iżda sakemm jispiċċa l-kors tista’ l-ispazju. Fejn se tpoġġihom?” tgħid li ċ-ċifra tonqos bin-nofs.” Mistoqsi x’tipproponi l-ENU Zammit jispjega li l-problema bħala soluzzjoni, Zammit qal li mhix qiegħda għax il-kors tqil, biex tissolva l-problema tal-ispazju iżda għax ladarba tibda taħdem f ’Mater Dei teżisti soluzzjoni waħda: il-ħinijiet normali ta’ tabib jew “Hemm bżonn li jkollna ċentri tas- infermier, tinduna kemm ix-xogħol saħħa b’saħħithom,” jgħid Zammit. jitlob ħin dedikat minn ħajtek. “Iċ-ċentri mhumiex armati biżżejjed “Niftakar fiż-żmien meta kont biex jassistu l-pazjenti. Dan qed għadni qed nistudja konna naħdmu iwassal biex pazjenti li jistgħu s-sigħat normali li jaħdmu l-bqija faċilment jinqdew fiċ-ċentri qed tal-ħaddiema. Iżda llum, sakemm jispiċċaw fl-Emerġenza ta’ Mater ikunu qed jitgħallmu, l-istudenti Dei.” għandhom ċertu ammont ta’ sigħat Għalkemm il-Union u l-Ministru li jridu jagħmlu u daqshekk.” tas-Saħħa Joe Cassar wasslu għallZammit kompla jgħid li ladarba ftehim li jiżdiedu 150 sodda fll-istudenti jiggradwaw se jsibu isptarijiet tal-Gvern, Zammit sostna realtà differenti ma’ wiċċhom, forsi li l-folja tista’ tinqaleb għall-aħjar waħda ferm differenti minn dak li billi jonqos in-numru taċ-ċentri u stennew. jkollok il-ftit li jkunu armati aħjar. “Il-Juniors qed ikollhom pressjoni “Il-pazjent hu dak li jħallas it-taxxa kbira fuqhom minħabba li hemm biex fl-aħħar mill-aħħar isib servizz ftit seniors. Bħala seniors mhux John Zammit qed ikollna ċans inqattgħu ħafna ħin magħhom u huma jħossu aktar ir-responsabbiltà. “Li tkun infermier jew tabib hi vokazzjoni. Jekk ma jkollokx ilħeġġa u d-determinazzjoni biex tiddedika ħajtek għal ħaddieħor ma ddumx f ’dan l-ambjent wisq.” Zammit fakkar li l-infermier hu bniedem tad-demm u l-laħam bħal ħaddieħor. “Li jmut pazjent f ’idejk, jew tarbija, hi kerha u lilna taffettwana wkoll. Iżda ma nistgħux nieqfu nibkuh u jkollna nkomplu b’ħidmietna.” Kien hawnhekk li Zammit żied jgħid li xi drabi jiġri li n-nies ma japprezzawx ix-xogħol li jagħmlu l-infermiera. “Għalkemm jiġri li tabib jieħu daqsxejn ħin fit-tul biex jara pazjent, il-protokoll tal-infermiera hu li jaraw lill-pazjent f ’mhux aktar minn ħames minuti li jkun daħal!” sostna Zammit. Hu jfakkar ukoll li ċerti protokolli, anke jekk l-infermier ikun kapaċi jagħmilhom waħdu, xorta ma jistax jagħmilhom sakemm ma jiġix it-tabib. “Fil-fatt dan hu suġġett ieħor li l-ENU qed tiġġieled għalih. Hemm Fl-MUMN leħinnha ma kienx jinstema’ biżżejjed bżonn li tinbidel il-liġi fejn affarijiet, li f ’ċirkostanzi differenti jistgħu anke jsalvaw il-ħajja tal-pazjent, li infermier kapaċi jagħmilhom mingħajr ebda problema m’għandux joqgħod jistenna l-“iva” tat-tabib biex jagħmilha.” Zammit spjega li għalkemm qatt ma saret, qraba ta’ pazjent jistgħu jtellgħu l-Qorti lil xi infermier li seta’ għamel xi ħaġa li kien kapaċi jagħmel u ma għamilhiex bilkonsegwenza li l-pazjent miet. “Jiġifieri anke jekk il-Liġi tipprojbixxi lill-infermier milli jagħmel xi ħaġa mingħajr ilpreżenza jew il-kunsens tat-tabib, il-qraba tal-mejjet xorta jistgħu jtellgħuh il-Qorti.” 16 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Ittri Żieda fil-ħinijiet tal-iskola obbligatorja L-ittri għandhom ikunu qosra u ffirmati. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt David Pisani Uffiċjal GħarRelazzjonijiet Pubbliċi Żminijietna - Leħen ix-Xellug Żminijietna - Leħen ix-Xellug ma taqbilx mal-proposta mressqa mill-Kamra tal-Kummerċ għal żieda fil-ħinijiet taliskola obbligatorja. Nifhmu li l-għan ta’ din il-proposta mhu xejn ħlief biex titneħħa kompletament kull responsabbiltà minn min iħaddem biex jintroduċi miżuri favur il-familja. Infatti l-istess Kamra talKummerċ ħarġet kontra ż-żieda fil-leave talmaternità u paternità. Ta’ min jinnota li miżuri favur il-familja introdotti mill-Gvern qed isibu wkoll reżistenza mis-settur privat. Il-ftit miżuri li qed jittieħdu mis-settur privat biex suppost jkun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja huma biss intiżi biex is-sidien jieħdu vantaġġ biex jimbuttaw ’il quddiem ix-xogħol antipiku li għalina hu klassifikat bħala xogħol prekarju. Mill-banda l-oħra naqblu mal-MUT fejn dawn qed joġġezzjonaw għal żieda fil-ħin taliskola obbligatorja u fejn dawn qed jitkellmu favur sistema kif addottata mill- ‘Education for Educational Services’, fejn dawn qed joffru programmi ta’ taħriġ wara l-ħin taliskola fuq bażi volontarja f ’diversi oqsma fosthom fid-drama, il-mużika u l-isports. Żminijietna temmen li ż-żieda fil-ħin tal-iskola Id-dibattitu dwar it-trab iswed M. Abela Il-Fgura Jien noqgħod il-Fgura u ili noqgħod hemm għal dawn l-aħħar 11-il sena. Il-problema tat-trab iswed hi waħda li qed tinkwieta l-aktar lil dawk kollha li joqogħdu fil-Fgura u lil dawk tal-inħawi. Ilna sejrin hekk is-snin. Ħadd ma jaf dan it-trab iswed minn fejn ġej, minn xiex qed ikun kawżat u jekk dan hux qed ikun ta’ ħsara għal saħħet in-nies. Li nafu hu, u dan minn rapporti tat-tobba, li fil-Fgura l-mard respiratorju hu komuni ħafna u hu l-ogħla fil-pajjiż. Minkejja l-ilmenti kbar li ilhom isiru mir-residenti ta’ dawn il-postijiet, il-MEPA u l-Gvern dejjem ħarbu missitwazzjoni. Donnu aħna li ngħixu f ’dawn il-postijiet ngħixu fis-sħab jew aħna xi qabda mġienen. Daqqa jgħidulna li l-problema ttaffiet, daqqa jgħidulna li m’għandhomx kampjuni biżżejjed u daqqa jistudjaw. Fl-aħħar, grazzi għallOppożizzjoni, saret mozzjoni fil-Parlament u sar qbil li jinħatar kumitat biex jistudja l-problema. Il-mozzjoni ġiet diskussa u bħala persuna li l-kwistjoni tinteressani, attendejt ilParlament biex nisma’ x’għandhom xi jgħidu l-Membri Parlamentari. Ħadt gost nisma’ d-diskorsi ta’ xi wħud aktar minn ta’ oħrajn. Uħud kienu diskorsi preparati u studjati. Li jiddispjaċini hu li dawn iddiskorsi ma tantx ingħataw prominenza mill-ġurnali ta’ kuljum. L-aktar li daħlet fid-dettal kien il-ġurnal The Times li kkwota passaġġi qosra minn diversi Membri Parlamentari. Ngħid il-verità l-aktar li ddiżappuntat dwar dan innuqqas hu mill-gazzetta bilMalti ta’ kuljum, L-Orizzont. Kien hemm għalfejn li din il-gazzetta timla’ spazju kbir fuq persuna waħda biss, f ’dan il-każ ta’ Helena Dalli, u tħalli kompletament barra d-diskorsi kollha li saru mill- Membri Parlamentari l-oħra? Diskorsi qawwijin, studjati u b’saħħiethom bħal ta’ George Vella pereżempju, ta’ Joe Mizzi, ta’ Stefan Buontempo u ta’ Michael Falzon. Possibbli li L-Orizzont ma sabitx spazju biex imqar iġġib ftit versi fuq punti saljenti ta’ dak li ntqal? Inkluż ukoll ta’ Mugliett, għaliex le? Għaliex din ilgazzetta, minn xi ftit tax-xhur ’l hawn, donnha qed ixxaqleb lejn xi wħud u tiskarta lil oħrajn? Meta l-poplu jixtri l-gazzetta jixtriha biex jisma’ xi jgħid kulħadd u l-aktar dak li jkun importanti. Bir-rispett kollu lejn min hu responsabbli minn din il-gazzetta l-aktar punti tajbin u serji li ntqalu waqt id-dibattitu ġew injorati kollha. Għaliex? Wisq nibża’, bħala qarrej regolari tagħha, li jekk l-affarijiet se jibqgħu sejrin hekk jista’ jkun hemm l-inkwiet. Dan qed ngħidu għax qed ikun innotat. Kull Membru Parlamentari għandu n-nies tiegħu u dawn ikunu attenti għal kull nitfa. Għalkemm f ’dan ilkaż tat-trab iswed ma kinitx xi kwistjoni ta’ politika, imma kienet kwistjoni li tolqot lil kulħadd u saret, biex ngħid hekk, problema nazzjonali. L-Orizzont kellha tkun aktar serja u tkun ta’ servizz akbar speċjalment għal dawk milquta. Dan qed ngħidu wkoll għax meta ktibt f ’dan il-ġurnal dwar dan l-Editur għoġbu jiskarta l-ilment u r-rimarki tiegħi. Il-gazzetta mhix se timxi ’l quddiem b’daqshekk, lura biss tista’ tmur. Il-ħasra hi li l-gazzetta Illum ma toħroġx kuljum. Għalija hi waħda millaktar gazzetti tajbin li ma tinħebhiex wara xi kwinti u lanqas tuża l-favoritiżmu ma’ xi ħadd. Forsi, min jaf, id-diriġenza tħoss ilħtieġa li ‘Illum’ tibda tkun ippubblikata kuljum. Tassew tkun ta’ benefiċċju għal kulħadd. Forsi l-ilment tiegħi jkun, kif jgħidu, ‘a blessing in disguise’. b’mod obbligatorju toħloq tbatija u pressjoni żejda fuq l-istess għalliema, il-ġenituri u t-tfal. Irridu nifhmu li l-għalliema huma wkoll ġenituri u t-tfal għandhom jkollhom dritt ħin għal biex jagħmlu homework u għal ħin għar-rikreazzjoni. L-influwenza staġjonali L. Callus Ħal Balzan Hu fatt li l-influwenza, jew aħjar ir-riħ komuni, jinfirex l-aktar meta t-tfal jibdew l-iskola. Irraġunijiet huma ovvji – iqattgħu sigħat twal flimkien u wieħed jittieħed mill-ieħor. F’dan il-mument, kif hu magħruf fuq ilmezzi tax-xandir, hawn passa qawwija. Nixtieq nistaqsi lillAwtoritajiet tas-Saħħa jekk ġietx diskussa l-possibbiltà li għal ftit jingħalqu l-iskejjel, speċjalment tat-tfal żgħar, li minħabba l-età tagħhom forsi ma jiħdux il-prekawzjonijiet meħtieġa. Nifhem li mhix deċiżjoni faċli imma l-iskop hu li ma tkomplix tinxtered. Bl-ebda mod m’jien qed ngħid li wieħed jallarma ruħu. Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 17 Editorjal F ILLUM, MediaToday Ltd, Vjal ir-RiĦan, San Ġwann SGN 9016 Editur: JULIA FARRUGIA Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Websajt: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Gonzi priġunier ta’ siġġu wieħed ’dawn l-aħħar jiem komplejna naraw tinħatt dik li darba kienet ġebla monolitika b’saħħitha. Qatt daqs dan iż-żmien ma rajna lill-Kap Nazzjonalista jaffronta sidru mhux biss mal-kurrent normali li jara ma’ wiċċu kwalunkwe gvern fil-poter iżda agħar minn hekk, ma’ mewġ intern mill-istess deputati tiegħu. Il-verità hi li għandna kap Nazzjonalista li qed ikollu jiffoka l-enerġija tiegħu mhux fuq pjanar u proposti serji li jkunu avantgardisti u jħarsu ’l quddiem, iżda qed ikollu jisparpalja l-enerġija tiegħu biex jara kif se jimmansa u jiżbor lil dawk il-membri parlamentari Nazzjonalisti li qed iduru kontra l-politika li miexi biha. Dak li qed naraw bħalissa qatt ma kien jgħaddilek minn moħħok li tarah fi żmien it-tmexxija tal-ekskap Nazzjonalista Eddie Fenech Adami. U bir-raġun li dawk li demmhom dejjem baqbaq fil-PN qed jikkritikaw lil Gonzi dwaru. Fl-1981 Fenech Adami rnexxielu jsaħħaħ lill-partit b’rebħa u maġġoranza ta’ 51% tal-voti. Il-Gvern ta’ GonziPN ma jgawdix din il-fiduċja u saħħa. Għall-ewwel darba għandna kurrenti ta’ diverġenzi minn backbenchers li fil-miftuħ qed jisfidaw u jistaqsu dwar ħafna mid-deċiżjonijiet li qed tieħu l-magna ċentrali tal-partit. Qabel kellna Partit Nazzjonalista, partit monolitiku mibni fuq sinsla b’saħħitha fejn il-maġġoranza kienu jsegwu b’fiduċja għamja dak li jgħid il-kap. Din illum dabet fix-xejn u qed naraw partit imsejjes fuq ‘koalizzjoni’ bejn gruppi differenti. Dak li sa ftit żmien ilu kien imbuttat ’il quddiem bħala GonziPN qed ikompli jiċċertifika ruħu li l-partit hu tassew maqtugħ millkumplament tar-realtà li qed jgħix u jġarrab il-poplu. Din taż-żieda baxx baxx fis-salarji tal-ministri u membri parlamentari kienet iċ-ċirasa fuq il-kejk li ċarrtet beraħ il-purtiera ta’ din il-farsa. Il-poplu, inklużi dawk li trabbew fil-PN, mhux qed jaħfruhielu fuq din ilmossa. Il-wirja ta’ nhar il-Ġimgħa tal-Prim Ministru kienet wirja fjakka u pwerili. Għax meta tkun ħadt deċiżjonijiet insensittivi l-ebda kliem ma jista’ jfarraġ lil dik l-omm ta’ familja li quddiem nazzjon wasslet l-uġigħ u t-tbatija li għaddejja minnha l-familja tagħha. Gonzi għadu fil-kontroll? Eddie Fenech Adami kien qatt jippermetti li jkun hemm dan id-dissent filmiftuħ? Għalina Gonzi hu priġunier tiegħu nnnifsu – grazzi għas-siġġu wieħed li jekk jitilfu jitlef miegħu l-maġġoranza u l-kastell li bena. Bid-deċiżjonijiet li qed jieħu Lawrence Gonzi qed ikompli jdawwar il-ħabel m’għonq il-partit tiegħu. Din id-darba, bl-oppost għal dak li ġara fi snin imgħoddija, għandek deputati tiegħu stess li qed jgħinuh ikompli jitgħallaq. Bħal-lum fl-Istorja 18 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Kuljum iseħħu ħafna ġrajjiet, żgħar u kbar, li mal-medda taż-żmien donnhom jintesew. MIRIAM DALLI tfittex x’ġara bħal-lum fl-Istorja madwar id-dinja. Jinfetaħ il-Mużew f’Londra Fis-16 ta’ Jannar 1759 il-London Museum jinfetaħ uffiċjalment għall-ewwel darba għall-pubbliku. Kien grazzi għall-71,000 oġġett li Sir Hans Sloane kien gabar u ħalla lir-Re George II wara mewtu fl-1753 li twaqqaf dan il-mużew. Tiddebutta l-istrixxa ta’ ‘Superman’ ‘Superman’, strixxa tal-komiks li kienet toħroġ kuljum, rat il-bidu tagħha fis-16 ta’ Jannar 1939. Strixxa separata ta’ Superman bdiet ukoll toħroġ f’Novembru 1939 nhar ta’ Ħadd. Fl-aqwa tagħhom l-istejjer ta’ Superman kienu jidhru fuq aktar minn 390 pubblikazzjoni. Kien hemm aktar minn 20 miljun-il qarrej li kienu jsegwuha. Malta taħt il-mira Ġermaniża Kien is-16 ta’ Jannar 1941, fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-carrier tal-flotta Ingliża Illustrious instab mill-Ġermaniżi wara li kien sofra żewġ attakki millistess qawwa navali. Il-carrier kien sofra attakk wieħed biss bi ftit ħsarat f’din il-ġurnata wara li l-Ġermaniżi kienu bagħtu 60 dive-bomber. Gaddafi jilħaq Prim Ministru tal-Libja Fis-16 ta’ Jannar 1970 il-Kurunell Muammar Gaddafi jieħu l-kontroll tal-Libja wara erba’ xhur ta’ attakki kontra l-Istat. Dawn l-attakki wasslu għattmiem tat-tmexxija monarkika tar-Re Idris. Fl-età ta’ 27 sena Gaddafi sar Prim Ministru tal-Libja. a madwar id-dinja Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 19 Ippubblikat il-ktieb ‘Jaws’ Fl-1974 l-awtur Amerikan Peter Benchley ippubblika il-ktieb ‘Jaws’. Tant kien suċċess li l-ktieb dam 44 ġimgħa fil-klassifika tal-aktar kotba mibjugħa. Sena wara l-ktieb kien adattat għal film, maħdum minn Steven Spielberg. Sal-lum hemm ħafna li għadhom ifittxu jaraw dan il-film mimli azzjoni u tensjoni. Titwieled il-mudella Kate Moss Kienet is-sena 1974 meta twieldet il-mudella Kate Moss f’Londra. Moss immudellat u ppużat għall-kumpaniji tal-ħwejjeġ famużi fosthom Calvin Klein, Dolce & Gabbana, Versace, Burberry, Stella McCartney u Rimmel. Fl-2009 Moss kienet stmata li tiswa £40 miljun. Paul McCartney arrestat f’Tokyo Hekk kif Paul McCartney wasal Tokyo flimkien mal-band Wings fl-1980 hu nqabad iġorr id-droga kokaina. Il-Pulizija arrestat lil McCartney sakemm iddeċidew jekk għandux jittella’ l-qorti fejn dam 10 ijiem arrestat. Li kieku ġie kkundannat McCartney kien jeħel madwar seba’ snin ħabs. Vaclav Havel arrestat fi Praga L-ewwel President tar-Repubblika Ċeka Vaclav Havel spiċċa arrestat fi Praga fl-1989 wara ġimgħa sħiħa ta’ protesti. Havel hu kittieb u politikant li mexxa numru ta’ protesti favur id-drittijiet umani fiċ-Ċekoslovakkja. Fit-13-il sena li dam attiv fil-politika r-Repubblika Ċeka rat id-dħul tagħha fin-Nato u l-bidu tat-trattat għan-negozjati biex tissieħeb membru tal-Unjoni Ewropea. 20 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Spiżeriji Miftuħin illum Gozo Ferries Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 Il-Furjana: Vilhena Pharmacy, 37, Triq Sant’Anna Il-Ħamrun: St Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud Ħal Qormi: Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan Birkirkara: Holy Cross Pharmacy, 37, Triq il-Kbira Il-Gżira: Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart St Andrew’s: St Andrew’s Dispensary, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġ Tas-Sliema: Harley Pharmacy, 1,Triq Nathalie Poutiatin Tabone Ħal Lija: St Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni Il-Mosta: St Louis Pharmacy, Triq Calì San Pawl il-Baħar: St Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira Raħal Ġdid: Brown’s Pharmacy, 45, Telgħat Raħal Ġdid Il-Kalkara: Kalkara Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi Marsaskala: St Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet Marsaxlokk: Pompei Pharmacy, 28, Xatt is-Sajjieda Il-Qrendi: Chrysanthemum Pharmacy, Triq San Nikola Ħaż-Żebbuġ: Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara Ir-Rabat: Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira Ir-Rabat Għawdex: Batu Pharmacy, 38, Triq Palma Ix-Xagħra: Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru TEMP ILLUM Oroskopju Aquarius, 21 ta’ Jannar – 19 ta’ Frar Jidher li l-folja bdiet tinqaleb għal dawk imwielda taħt din l-istilla fejn ikollhom opportunità juru x’jafu. Ir-riżorsi fżiċi u mentali huma tajbin u dan jgħinkom tiksbu vantaġġi fuq ix-xogħol. Anki fl-imħabba hemm relazzjonijiet mill-aħjar. TEMP: 17°c Filgħaxija: 11°c UV: 2 Sitwazzjoni Ġenerali: Antiċiklun jinsab mifrux min fuq l-Alġerija sa fuq il-Balkani Viżibbiltà: Tajba Riħ: Tramuntana forza 3 għal 4 li jsir forza 2 għal 3 Baħar: Ħafif Imbatt: Baxx mil-Lvant li jsir millMajjistral Pisces, 20 ta’ Frar – 20 ta’ Marzu Ġimgħa fejn tistgħu tgħinu lill-ħbieb f’diffikultajiet. L-istilel jagħtukom id-don tal-paċenzja li tisimgħu l-gwaj ta’ ħaddieħor. Ħabblu moħħkom u sibu s-soluzzjoni li mhix daqshekk diffiċli. Aries, 21 ta’ Marzu – 20 ta’ April Dan hu l-mument opportun biex tieqfu ftit mill-ġirja tal-ħajja ta’ kuljum u tistudjaw il-pjani u l-istrateġiji li se tużaw għall-ġejjieni. Qegħdin fl-aqwa forma li tagħtuha għall-istudju jew li timxu ’l quddiem fix-xogħol. TEMP GĦADA www.gozochannel.com Agħti d-demm Illum il-Mobile Blood Donation Unit ikun maġenb l-Iskola Primarja, talFgura mit-8.30am sas-1.30pm. Għal aktar tagħrif ċempel fuq 79307307, 22066209 jew ibgħat fuq nbts@gov.mt Taurus, 21 ta’ April – 21 ta’ Mejju It-tensjoni twassalkom biex ma tifhmux il-partner tagħkom. Minkejja kollox toqogħdux lura milli tesprimu l-ħtiġijiet tagħkom u żommu l-punt li dak li hu tagħkom triduh waqt li tassiguraw lill-persuna li tħobbu li s-sentimenti tagħkom lejha għadhom sodi. Gemini, 22 ta’ Mejju – 21 ta’ Ġunju Ġimgħa deċisiva biex l-inizjattiva importanti mibdija m’ilux jagħtu l-frott tagħhom. Għandkom l-isbaħ ċans li tesprimu l-opinjoni tagħkom fuq xiex tridu. Tistgħu takkwistaw dak li jaqbel għalikom. TEMP: 17°c Filgħaxija: 10°c UV: 2 Temp: Ftit jew wisq imsaħħab Viżibbiltà: Tajba Riħ: Varjabbli forza 2 għal 3 Baħàr: Ħafif Imbatt: Baxx mill-Grigal Cancer, 22 ta’ Ġunju – 23 ta’ Lulju Ċertu dubju li għandkom jista’ jinfluwenza dak li jiġri madwarkom. Ħallu ftit ħin għalikom biex tistrieħu kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Sibu ħin għal xi żvog u għal kuntatti soċjali. Tinqatgħux mis-soċjetà. Leo, 24 ta’ Lulju – 23 ta’ Awissu Minn nhar l-Erbgħa lestu rwieħkom għax-xogħol għax l-ideat jibdew ħerġin ma’ kull teptipa ta’ għajnejkom! Iżda oqogħdu attenti li ma tinħonqux mill-ambjent li qegħdin taħdmu fih: tridu tagħtu impetus ġdid b’viżjoni ċara biex timxu ’l quddiem. Servizz ta’ Tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Virgo, 24 ta’ Awwissu – 23 ta’ Settembru Hemm xi diffikultajiet x’tirbħu qabel ma jirnexxilkom ikollkom iċ-ċans tesprimu rwieħkom liberalment. Imxu bil-għaqal iżda tibqgħux lura milli tattakkaw. Taħbux is-sentimenti tagħkom ma’ dawk li jistgħu jifhmukom. 57 12 48 49 84 twelid Imwiet Philippa Bianca Ciantar, bint Tonio u Francesca née Gambina, imwielda fl-10 ta’ Jannar, fl-Isptar St James, Tas-Sliema Imfakkar l-anniversarju mill-mewt ta’ Toni Borg mill-Belt li llum jagħlaq 12-il sena mejjet. Qatt minsi mill-familji Borg u Galea. Daniel Gaffarena, iben Mark u Josielle née Attard, imwieled fil-11 ta’ Jannar, fl-Isptar St James, Tas-Sliema Libra, 24 ta’ Settembru – 23 ta’ Ottubru Sfruttaw l-okkażjonijiet kollha li jiġukom, speċjalment fejn jidħlu relazzjonijiet ma’ nies jew pajjiżi barranin jew xi vjaġġar. Terġgħu taqbdu relazzjoni tajba ma’ xi ħadd li ilkom ma taraw. Scorpio, 24 ta’ Ottubru – 22 ta’ Novembru Użaw ir-rieda u d-determinazzjoni għal skopi tajbin u evitaw affarijiet personali li jistgħu jċajpru r-relazzjonijiet tagħkom mal-oħrajn. Hemm ilpossibbiltà li tispiċċaw ix-xogħol li għandkom mingħajr aktar kumplikazzjonijiet. Renato AGIUS MUSCAT, eks-membru parlamentari minn Ħaż-Żabbar, li miet fit-8 ta’ Jannar fl-età ta’ 72 sena. Ħalla warajh lil martu Anna, lil uliedu David u Andrew u martu Noemi, lin-neputijiet Mattia, Nicolò u Marcello, lil ħutu u l-familji tagħhom, qraba oħra u ħbieb. Sagittarius, 23 ta’ Novembru – 20 ta’ Diċembru Agħtu każ meqjus lill-affarijiet tal-qalb u iġbru l-frott tal-ħidma tagħkom. Fuq ix-xogħol ikollkom tagħmlu xi tibdil mhux mistenni f’xi pjan: ħudu kollox bi tbissima għax il-karti rebbieħa huma kollha f’idejkom. Capricorn, 22 ta’ Diċembru – 20 ta’ Jannar Kunu iktar flessibbli fil-ħajja ta’ kuljum. Iżda oqogħdu attenti li ma tiħdux xogħol iżjed milli tifilħu. Xi tweġiba li qegħdin tistennew bil-ħerqa ddum ma tiġi: paċenzja, stennew u tisfurzaw lil ħadd. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f’kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f’kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Ħabbar it-twelid tat-tarbija jew il-mewt ta’ qarib tiegħek b’xejn fuq il-gazzetti Illum u MaltaToday u fuq il-portal. Għaddilna: TWELID MWIET Isem u kunjom it-tarbija Isem il-ġenituri u l-aħwa tattarbija Il-jum li twieldet fiha Isem u kunjom il-persuna Il-jum li mietet fih, minn fejn hi u l-età L-ismijiet tal-qraba Id-data tal-funeral Ibgħat dawn id-dettalji fuq Ibgħat dawn id-dettalji fuq kultura@mediatoday.com.mt kultura@mediatoday.com.mt jew jew Mwiet, MediaToday, Vjal irTwelid, MediaToday, Vjal irRiħan, San Ġwann SĠN9016 Riħan, San Ġwann SĠN9016 Pjazzetta Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 21 Kunċert minn Sliema Light Orchestra Is-Soċjetà Filarmonika Sliema se tippreżenta ‘Sliema Light Orchestra in Concert’ taħt id-direzzjoni tas-surmast Sigmund Mifsud fl-Awditorju Sir Temi Zammit, flUniversità ta’ Malta, nhar is-Sibt 19 ta’ Frar fit-8pm u l-għada l-Ħadd fis-7.30pm. Il-mużika ntagħżlet minn bosta films, musicals popolari bi stil ivarja minn rock, swing għal pop li jinkludi fih element divertenti mużikali li jinħoloq minn light orchestra taħt il- bakketta ta’ Mro Mifsud. Fost il-mużika se jindaqqu siltiet magħrufa minn ta’ Deep Purple, The Beatles, Christina Aguilera, Sting u ħafna oħrajn. Jieħdu sehem il-kantanti Mark Spiteri, Dorothy Bezzina, Mikaela, Justin, Ryan, Vittorio Gauci u l-kor tat-tfal immexxi mis-sopran Gillian Zammit iffinanzjat mill-HSBC. B’dan il-kunċert se tingħata opportunità għal kantant/a ġdid mhux magħruf li se jintgħażel minn provi għal kantanti mingħajr esperjenza li saru għal dan il-għan minn Mifsud stess. Il-biljetti għal dawn iż-żewġ lejliet huma b’donazzjoni ta’ €10. u jinkisbu mill-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Sliema, 34, Triq San Trofimu, Tas-Sliema; Aquamarina, 48, Triq il-Gżira, Gżira u C & C Techniques, Triq ilKunċizzjoni, Mosta. Ċempel 21317137, 99443460 jew żur www.sliemabandsacrocuor.org Il-Banda San Girgor għallewwel darba fil-Manoel L-ewfonist Steven Mead L-Għaqda Mużikali San Girgor ta’ Kerċem se tippreżenta l-kunċert ‘Spectacular Spectacular’ fit-Teatru Manoel fil-Belt li se jkun taħt il-patroċinju talPresident George Abela nhar il-Ħadd, 20 ta’ Frar. Il-kunċert se jkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Mark Gauci. Fil-kunċert jieħu sehem ukoll wieħed mill-aqwa ewfonisti fid-dinja, Steven Mead u żeffiena Taljani. Għal aktar tagħrif żur www.bandasangirgor.org jew www.teatrumanoel.com.mt. Curved Silence X’tisma’ meta tieqaf quddiem il-bla isem? X’tara x’ħin tidħol u tinġabar quddiem vjolin li wara kollox mhux vjolin, u tħares f ’għajnejn ix-xejn… tinnegozja (neg-otium) maxx’jien? Hawn dan il-wisa’ filMużew ta’ l-Arti, fejn fih l-issa jibqa’ dejjem…u issa meta l-Umanità ssib din ir-rokna u tidħol fiha, fis- ‘Morning Glory’, film li fih hu protagonist flimkien ma’ Diane Keaton u Rachel McAdams. Ford jagħlaq is-70 is-sena d-dieħla u għal Box Office Amerikan għadu t-tieni l-akbar stilla ta’ suċċess ta’ kull żmien wara Tom Hanks. Ford ammetta li issa qed ikollu jaħdem dak li jiġi offrut u ġeneralment dawn huma partijiet li jkopru rwoli tal-età tiegħu. Madanakollu jinsab konvint li attur għandu jkun kapaċi jaħdem f’ħafna partijiet differenti. skiet tad-daqq tas-skiet ta’ kitba ħiemda, li tieqaf u tħares f ’għajnejn spettrali ta’ l-ispettatur wieqaf u bla taħrik. U mela din wirja b’disinn u bil-għan li twaqqaf dak-kull-ma-jiġri bik, biex tnissel fik xi xenqa li tagħraf. Dil-wirja tiftaħ b’taħdita bejn Michael Zammit u Caldon Mercieca, nhar it-Tnejn 31 ta’ Jannar fil-Muzew tal-Arti, l-Belt Valletta fis-7pm. Il-wirja tibqa’ miftuħa sat-13 ta’ Frar. Taħdita dwar Għawdex fi Żmien il-Gwerra Charles Bezzina, studjuż tal-Istorja ta’ Għawdex matul it-Tieni Gwerra, se jagħmel taħdita dwar dan issuġġett fiċ-Circolo Gozitano. Qed ikollu jaċċetta li jiġi offrut Fl-opinjoni ta’ Harrision Ford, Hollywood mhux belt tajba għal atturi rġiel anzjani. Ford, magħruf l-aktar għall-films ta’ Indiana Jones, illum għandu kważi 70 sena. F’intervista mat-Times ta’ Londra hu stqarr li fl-età tiegħu m’għadx għandu l-lussu li jagħżel liema films irid jaħdem. Sa ftit żmien ilu din kienet problema li kienu jiffaċċjawha l-aktar l-atturi nisa li jilħqu ċerta età. Harrison Ford bħalissa jinsab f’Londra għat-tnedija ta’ kultura@mediatoday.com.mt Zekzik mid-dinja u l tal-ispettak It-taħdita se ssir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Jannar fis-7.30pm fil-post taċCircolo f ’6, Triq Sir Adrian, Victoria. It-taħdita minn Bezzina se tkun bil-Malti u tifforma parti mill-programm ta’ attivitajiet maħsuba millistess Circolo. Pjazzetta 22 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Ktieb dwar l-aktar triq popolari fil-Belt biss £1.10s fil-ġimgħa. “Biex ma nsemmux ilbarmaids li kienu jagħmlu it-triq li darba xegħlet il-bel t l-landi, jiġifieri jitħallsu ta’ kull drink li jixtru għalihom u għall-baħrin biex ma nsemmux klijenti oħra,” kompla Cini. Iżda bħalma jiġri lil kulħadd meta s-suq kien sejjer tajjeb ftit kienu dawk li taw każ li xi darba x-xogħol kien se jieħu daqqa ta’ ħarta. Waqt it-tnedija Fr Peter Serracino Inglott qal li l-ktieb hu ġabra ta’ tifkiriet li kien importanti li jinġabru biex strada stretta “George Cini ħaqqu prosit għar-riċ erka metikoluża u l-istudju li għamel dwar Strada Stretta u fuq in-nies li ħolqu din il-parti unika tal-Belt fil-bidu tas-sekl u l-ieħor. “George Cini reġa’ qajjem dik il-parti tal-kultura bil-kitbiet eċċitanti, ħajjin u miktubin tajjeb li għaqqd u flimkien il-ġrajja soċjali u l-ispirtu tal-post tal-wirt mibni. “Wara li wieħed jaqra l-kitbiet tiegħu, wieħed jintebaħ, iktar minn qatt qabel, li Strada Stretta jmissha tkun preservata u mogħtija ħajja ġdida”. George Cini iggradwa BA (Hons) fl-istudji tal-kommunikazzjoni u MA fil-ġurnaliżmu mill-Univer sità ta’ Malta. Ħadem bħala reporter u news editor mal-gazzett a lokali ta’ kuljum bl-Ingliż, The Times. Bħalissa huwa n-night editor ta’ din il-gazzetta. George Cini jgħallem il-ġurnaliżm u fl-Università ta’ Malta. george cini Silta mid-diskors li għamel Martin Scicluna, dak iż-żmien (2005) president ta’ Din l-Art Ħelwa, waqt il-premjazzjoni tal-eww el edizzjoni tal-Premju għall-Ġu rnaliżmu dwar il-Wirt Mibni. it-triq li darba xegħlet il-belt Qabel il-gwerra kellek mużiċisti b’talent mill-aqwa li kienu jakkumpanjaw artisti li kienu jinġiebu mill-Ingliterra, l-Amerika u l-Ungerija fost l-oħrajn. “Wara l-gwerra l-mużiċisti bdew iħabbtu bibien oħra u daħlet il-juke box. Kienet triq fejn wieħed kien imur ifittex kull tip u għamla ta’ vizzju.” L-ammont ta’ flus li kienet tiġġenera Strada Stretta kien ta’ barra minn hawn. “Biss biss mużiċist kien jaqla’ – mingħajr il-perkaċċi – seba’ liri fil-ġimgħa meta impjegat mal-Gvern kellu strada stretta Jekk hawn triq f ’Malta li sema’ biha kulħadd hi Strada Stretta. Il-ġurnalist George Cini ħareġ il-ktieb ‘Strada Stretta: It-Triq li darba xegħlet il-Belt’ u jiġbor fih għadd ta’ intervisti ma’ protogonisti mlewna li ħadmu f ’din it-triq. It-triq għaddiet minn taqliba żul minn hemm wara it-Tieni Gwerra Dinjija. “Waqt li qabel il-gwerra kien hemm ċerta dixxiplina bil-mużiċisti jdoqqu mużika swing bil-barmaids lebsin l-evening, wara l-gwerra l-folja nqalbet,” qal Cini. ISBN: 978-99909-3-156-3 strada stretta it-triq li darba xegħlet il-b elt george cini l-istorja ta’ din it-triq ma tintilifx. Jacqueline Kennedy Onassis f ’Kalamita Is-sensiela ‘Ħajjiet’ ta’ nhar it-Tlieta li ġej se tirrakkonta l-ġrajja ta’ waħda mill-aktar nisa influwenti flistorja – Jacqueline Kennedy Onassis. L-ewwel kunjom ta’ Jacqueline ġej miżżwieġ tagħha malPresident tal-Istati Uniti John F. Kennedy u t-tieni miż-żwieġ mal-miljunarju Aristotle Onassis. Jacqueline hi l-aktar magħrufa għall-istil u l-eleganza tagħha u għall-ammirazzjoni kbira li bħala First Lady kienet kisbet mill-poplu Amerikan. Is-sensiela ‘Ħajjiet’ se tirrakkonta l-problemi li kellha Jacqueline fit-tqala tagħha u kif ħassitha meta tilfet żewġt itrabi. Se tfakkar l-episodju tal-qtil tar-raġel tagħha, il-President Kennedy u kif Jacqueline rnexxielha tirkupra minn din it-trawma. Interessanti li Jacqueline baqgħet tilbes il-libsa r-roża li kienet liebsa dakinhar u ma naddfithiex mid-demm. Mhux hekk biss, libsitha fl-okkażjoni tal-ħatra tal-President Johnson flok ir-raġel tagħha. Meta staqsewha għalfejn kienet qed tagħmel hekk qaltilhom: ‘Irridhom ikunu jafu dak li għamlu lir-raġel tiegħi’. Se jirrakkuntaw kif Jacqueline irnexxielha trabbi lit-tfal tagħha waħedha sakemm iżżewget lil Aristotle Onassis, imprenditur kbir Grieg. Jacqueline kellha titlef lit-tieni raġel tagħha ħames snin wara t-tieġ. Jacqueline ta’ 46 sena sfat armla għat-tieni darba. Fis-sensiela ‘Ħajjiet’ se naraw kif persuna li qatt ma kellha għalfejn taħdem għall-flus u li għexet dejjem fillussu kellha toħroġ taħdem u qattgħet l-aħħar snin ta’ ħajjitha taħdem editriċi tal-kotba. Is-sensiela ‘Ħajjiet’ se tirrakkonta l-ħolma li nbidlet fi traġedja, l-imħabba, il-politika u l-istorja interessanti ta’ Jacqueline. Nhar it-Tlieta 18 ta’ Jannar segwi Kalamita. Kalamita jixxandar kuljum fis-1pm. Min jixtieq jagħmel kuntatt mat-tim tal-produzzjoni jista’ jċempel l-uffiċċju fuq 21820192 jew jibgħat email fuq alfredzammit@kalamita.com. Strada Stretta: It-Triq li darba xegħlet il-Belt jinkludi sett ta’ ritratti li qed jidhru għall-ewwel darba. Fih ukoll għażla sabiħa ta’ akkwarelli ta’ Paul Caruana. Id-disinn tal-ktieb tħalla f ’idejn id-ditta MediaMaker. Il-ktieb jista’ jinxtara ukoll minn www.timesofmalta.com u tikklikkja fuq it-taqsima ‘books’. Għal aktar tagħrif ċempel lil George Cini fuq 99430578 jew ibgħat fuq gcini@timesofmalta.com Il-korsijiet talMIPP għall-2011 Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-MIPP hu li jaħdem biex ittejjeb il-kwalità tal-fotografija fil-livelli kollha, minn dilettanti għal professjonali. Għalhekk ħejja għadd ta’ korsijiet ġodda għall-2011. Għallbookings dwarhom u mistoqsijiet ibgħat fuq president@mipp-malta. com u kkwota l-isem talkors. Skeda tal-Korsijiet għall2011 9 Frar – 9 Marzu: Introduzzjoni għal Tekniċi tal-Fotografija minn Kevin Casha Dan il-kors hu mmirat lejn dawk li għadhom jibdew fil-fotografija. Hu immirat biex jagħti bażi ta’ kompożizzjoni kif għandu jinġibed ritratt u tagħrif kameras SLR fost l-oħrajn. Booking sal-20 ta’ Jannar. 20 Marzu – 1 Mejju: Workshops Photoessentials minn bosta għalliema Dawn il-workshops huma mmirati lejn dilettanti serji. Booking sal-20 Frar 30 Awwissu – 25 Ottubru: Fondazzjoni flIpproċessar Post Diġitali minn Sergio Muscat u b’Ramon Sammut ikun mistieden Kors ta’ fondazzjoni serja għal dawk kollha li jixtiequ jiksbu prattika fl-editjar diġitali. Hu rakkomandat li l-parteċipanti kollha iġibu laptop tagħhom stess. Booking sal-20 Lulju. Kompetizzjoni ġdida Kalamita għall-qarrejja ta’ Illum Tista’ tirbaħ pizza għal tnejn mingħand Giordanos u voucher ta’ €15 mingħand Shoemark Aqta’ dan il-kupun u ibagħtu f’dan l-indirizz: “Kompetizzjoni Illum” , Uffiċċju Kalamita 113, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Raħal Ġdid Isem: _______________________________________________________ Lokal: ________________________________________________________ Numru tat-Telefon: ____________ ___________________________________ Mistoqsija: Semmi wieħed mill-protagonisti fis-sensiela ‘Ħajjiet’ ____________________________ Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 23 Ċinema Embassy Cinemas Valletta Tel. 21 227436, 21245818 The Next Three Days (12) 10:30 13:20 16:00 18:35 21:10 Love and Other Drugs (18) 11:00 14:00 16:20 18:35 20:50 The Tourist (PG) 16:00 18:20 20:55 Gulliver’s Travels (U) 10:00 12:05 14:10 16:20 18:30 20:50 The Chronicles of Narnia Voyage of the Dawn Treader (3D) (U) 10:30 13:50 16:10 18:30 Burlesque (12) 21:00 Meet the Parents: Little Fockers (12) 10:00 12:10 14:20 16:30 18:40 21:10 Eden Cinemas St Julians Tel. 23 710 400 Burlesque (12) 16:25 18:50 21:15 23:40 Malta Force (12) 16:25 18:40 21:05 23:15 London Boulevard (18) 16:30 18:45 21:10 23:20 Meet the Parents: Little Fockers (12) 16:30 18:35 21:15 23:20 The Way Back (PG) 18:15 21:05 23:45 Gulliver’s Travels 3D (U) 16:20 18:20 21:00 23:00 Cyrus (16) 16:15 18:25 20:50 22:55 Jonah Hex (16) 16:15 18:25 20:55 22:55 Animals United (U) 16:15 18:25 Unstoppable (PG) 20:45 22:55 Natale in Sud Africa (14) 16:15 18:30 20:50 23:00 The Chronicles of Narnia Voyage of the Dawn Treader (3D) (U) 18:10 Tron Legacy (3D) (U) 20:55 23:30 Love and Other Drugs (18) 16:30 18:50 21:10 23:30 The Last Exorcism (16) 16:20 18:35 21:15 23:10 Life As We Know It (12) 16:20 18:40 21:05 23:25 Harry Potter and the Deathly Hallows Part 1 (PG) 17:50 20:45 23:40 The Next Three Days (12) 18:15 21:00 23:45 The Tourist (PG) 16:35 18:45 21:10 23:20 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581 787, 21 581 909 The Chronicles of Narnia Voyage of the Dawn Treader (3D) (U) 10:45 13:45 16:15 18:45 21:15 Gulliver’s Travels 3D (U) 11.00 13:30 16.00 18:20 21:00 Meet the Parents: Little Fockers (12) 11:15 14:00 16:25 18:40 20:55 The Next Three Days (12) 14:20 18:00 21:00 The Tourist (PG) 11.05 13:50 16:10 18:30 21:05 Love and Other Drugs (18) 13:40 16:15 18:45 21:15 The Way Back (PG) 14:15 17:45 20:45 London Boulevard Mitchel (Colin Farrell) joħroġ mill-ħabs bil-ħsieb li jtejjeb ħajtu wara tliet snin maqful. Imma meta jiltaqa’ sieħbu delinkwent Billy (Ben Chaplin) jispiċċa jgħinu f ’biċċa xogħol bil- patt li jħallih jgħix miegħu. Mitchel jiltaqa’ ma’ Charlotte (Keira Knightley), stilla tal-films li tgħix f ’villa lussuża u hi dejjem mfittxija millfotografi u l-ġurnalisti. Is-sbuħija u l-vulnerabbiltà tagħha jmissulu qalbu u malajr jieħu r-rwol talprotettur tagħha billi jkeċċi mhux biss fotografi imma anki stalkers. Hekk kif ir-relazzjoni ta’ bejniethom tidħol aktar fil-fond jippjanaw li jitilqu lejn Los Angeles biex jibdew ħajja ġdida. Imma l-affarijiet mhumiex daqshekk sempliċi daqs kemm jixtiequ huma. TELEVIXIN L-immigranti illegali fuq Affari Tagħna F’Diċembru li għadda ġie ppubblikat rapport internazzjonali fejn fih pajjiżna kien ikkritikat bl-aħrax għall-mod li bih qed jitratta lill-immigranti llegali. Fost l-oħrajn irrapport isostni li pajjiżna mhux qed joffri kundizzjonijiet ta’ ħajja diċenti lil dawn ilpersuni. Fl-istess waqt, bosta Maltin u Għawdxin huma tal-fehma li pajjiżna diġà qed jagħmel biżżejjed f ’dan il-qasam għax minkejja F’Salib It-Toroq Emily tiftaħ qalbha ma’ Rita. Tgħid fl-aħħar Emily se sserraħ il-kuxjenza tagħha? Kim titfa’ aktar pressjoni fuq Vince u Helen. Alison lesta li ċċedi għat-talbiet ta’ Noel. Iżda hu għandu x’jgħidilha. Donnu li Claire ma tistax teħles mill-imgħoddi tagħha. Charles imwerwer … jibża’ li Marlene se terġa’ titfaċċa. Alex u Chantelle jibdew il-missjoni tagħhom. Gianni l-kennies jerġa’ jagħmilha… u jkollu xi jgħid ma’ Karmelina. Jixxandar fuq TVM fit-18 ta’ Jannar tvm 20:00 L-Aħbarijiet 20:40 KC 21:45 Kontrattakk 23:15 L-Aħbarijiet 23:40 Modern Lifestyle (rpt) Net tv 19:45 Net News 20:30 Simpatiċi 21:10 Replay 21:30 Net News 21:32 Replay 23:00 Net News ONE ċ-ċokon tiegħu xorta waħda qed jilqa’ b’idejh miftuħin u qed jagħti refuġju lil dawn il-persuni. Dan u aktar se jkun diskuss waqt il-programm Affari Tagħna tal-Ġimgħa, 21 ta’ Jannar fejn għal darb’oħra l-preżentatur John Bundy se jmexxi diskussjoni taħraq flimkien ma’ panel ta’ mistiedna. Jixxandar il-Ġimgħa, 21 ta’ Jannar fit-8.30pm fuq ONE SCC f ’Simpatiċi Joe u Dora jiġu mistiedna tieġ bla tfal u b’hekk tqum problema għax lil Katrin m’għadhomx iħalluha weħidha ma’ Mariah għax issa kibret u ma tantx għadha tiflaħ għaliha. Il-problema hi li Ruth u Walter u Salvinu u Lieni jinsabu msiefra. Allura ma hemm ħadd min joqgħod magħhom u għalhekk Dora tiddeċiedi li t-tieġ ma jmorrux. Imma Charlie jsib isoluzzjoni! Jieħdu sehem Hermann Bonaci, Frida Cauchi, Mary Rose Bonello, Kurt Castillo, Rachel Micallef, John Suda, Mary Rose Mallia, Brian Farrugia, Ray Abdilla, Doreen Cini, Kevin Spiteri, Joe Gatt, Simon Curmi u Mariah Bonaci. Direzzjoni ta’ Hermann Bonaci u kitba ta’ Joe Gatt. Jixxandar fis-16 ta’ Jannar fit-8.30pm 19:30 One News 20:10 Kważi aħwa 20:40 Ambjent 30 20:41 The Kilo Challenge 22:45 Pandora 23:15 One News 23:45 Bla Agenda (rpt) favourite channel 20:00 Favourite Link 20:15 Favourite News 23:15 Favourite News Canale 5 20:00 Tg5 20:40 Striscia la Domenica 21:30 Stasera che sera! 00:45 Terra! 01:45 Tg5 Italia 1 18:28 Studio Aperto 19:00 Tom & Jerry 19:10 Lara Croft Tomb Raider 20:05 TgCom 20:11 Lara Croft Tomb Raider 21:25 Wild – Oltrenatura 00:30 Saturday Night Live Rete 4 18:55 Tg4 19:35 Il ritorno di Colombo 19:40 Il ritorno di Colombo 21:30 Una moglie per papà 22:12 Tgcom 22:19 Una moglie per papà 23:20 Controcampo rai 1 20:00 Tg1 20:35 Tg Sport 20:40 Soliti ignoti 21:30 Caccia al re 23:30 Tg1 00:35 Tg1 Notte rai 2 20:30 Tg2 21:00 Castle 21:45 Past Life 22:35 Rai Sport La Domenica Sportiva 01:00 Tg2 rai 3 19:00 Tg3 19:30 Tg Regione 20:00 Blob 20:10 Che tempo che fa 21:30 Elisir 23:20 Tg3 23:35 L’almanacco del Gene Gnocco 24 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Kummerċjali u Klassifikati Promozzjoni ta’ opportunitajiet ta’ xogħol għaż-żgħażagħ Il-Youth Employment Programme (YEP) hu maħsub biex iżid l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u jiffaċilita l-integrazzjoni tażżgħażagħ fis-suq tax-xogħol. Dan il-programm ilu jgħin liż-żgħażagħ jagħmlu għażliet infurmati permezz ta’ żieda fl-aċċess għall-informazzjoni rigward servizzi ta’ għajnuna fil-karrieri, korsijiet ta’ taħriġ u fuq is-suq tax-xogħol minn mindu tnieda f ’Marzu tal2010. Minn dakinhar dan ilproġett, li hu ġestit millKorporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), għammar iż-żgħażagħ bil-motivazzjoni u ħiliet meħtieġa biex jidħlu, iżommu u jimxu ’l quddiem fix-xogħol. Barra minn hekk, YEP qed jindirizza l-iżvilupp ta’ pjani ta’ azzjoni individwali u inizjattivi li jgħinu liżżgħażagħ vulnerabbli u dawk l-individwi li huma soċjalment esklużi biex jingħataw edukazzjoni, taħriġ u jidħlu fis-suq tax-xogħol. Il-YEP hu mmirat għall-kull grupp ta’ età filwaqt li jiffoka fiż-żgħażagħ li għandhom bejn 16 u 24 sena, li jinkludu ż-żgħażagħ inattivi (dawk li la huma jaħdmu, la jistudjaw u lanqas ifittxu impjieg); iż-żgħażagħ li qed jaħdmu iżda jixtiequ jitħarġġu aktar u kif ukoll dawk iż-żgħażagħ vulnerabbli li qed ifittxu impjieg. Tim ta’ professjonisti li jinkludu psikologu, ħaddiema li jaħdmu maż-żgħażagħ, occupational therapist u guidance practitioner ġew magħżula biex iwasslu l-Youth Employment Programme fil-livell talkomunità b’mod interessanti u flessibbli. Dawn il-professjonisti Uffiċjal tal-ETC tqassam materjal informattiv se jagħmlu eżerċizzji varji li huma mmirati biex jgħinu ż-żgħażagħ ikabbru l-iżvilupp u l-ħiliet personali. Dawn l-eżerċizzji se jgħinu l-professjonisti jfasslu programm skont il-bżonnijiet speċifiċi ta’ dawn iżżgħażagħ u biex jiżviluppaw programmi ta’ tagħlim informali. Biex jiġu ffaċilitati l-mezzi ta’ komunikazzjoni, twasslet website ġdida, www.youth.org.mt, speċifikament għallbżonnijiet taż-żgħażagħ. Barra minn hekk aktar interattività maż-żgħażagħ qed isseħħ kuljum permezz ta’ online chats li jservu bħala konsultazzjoni mal-career guidance practiotioner, l-occupational therapist, il-psikologu u l-ħaddiema li jaħdmu maż-żgħażagħ. Hemm ukoll programm fuq it-televiżjoni li hu mmirat biex jikkumplimenta dan ilproġett. Dan il-programm se jagħti informazzjoni u pariri essenzjali. Għal aktar informazzjoni rigward il-Youth Employment Programme żur il-website tal-progett, www.youth.org.mt, jew billi jikkuntattja direttament l-ETC permezz ta’ email fuq yep.etc@gov.mt, bittelefon fuq 2220 1224 jew permezz tan-networks soċjali Facebook (Yepmalta Programme) u Twitter (YEPmalta). Studenta Universitarja rebbieħa GO għal darb’oħra tappoġġja l-Fondazzjoni Inspire GO għal darb’oħra wegħdet tal-Vodafone l-appoġġ tagħha lil Inspire, Jelena Simic, studenta universitarja, kienet ir-rebbieħa tal-handset Nokia 5230 mogħti minn Vodafone Malta. “Dan kien rigal mhux mistenni,” qalet Jelena meta kienet ippreżentata bilhandset modern, ikkaratterizzat b’display widescreen li Jelena Simic ma’ Alastiar Vella-Stiles hu wkoll touchsensitive. Vodafone,” qal Alastair VellaJelena Simic kienet irStiles, Product Marketing rebbieħa ta’ kompetizzjoni Executive ta’ Vodafone Malta. miftuħa għall-membri Il-pjan Student Tariff tal-KSU li ngħaqdu ma’ ta’ Vodafone hu maħsub Vodafone bil-pjan Student speċifikament għallTariff. In-numru tal-mobile bżonnijiet tal-istudenti. tar-rebbieħ ttella’ fit-3 ta’ Il-pjan jipprovdi telefonati Diċembru. u SMS b’xejn lill-istudenti “Inħossuna sodisfatti lil tliet numri tal-Vodafone kull darba li jirnexxielna meta jittoppjaw b’€10 fixnroddu xi ħaġa lura lillxahar. SMS oħra jintbgħatu klijenti tagħna. Din ilbit-2c. kompetizzjoni kienet każ L-istudenti jistgħu jżuru minnhom, fejn konna certi wieħed mill-ħwienet talli se nagħtu xi ħaġa lura lillVodafone għal aktar dettalji istudenti li huma klijenti ta’ fuq din l-offerta. il-fondazzjoni lokali li jippromwovi l-inklużjoni u li bħalissa qed tgħin aktar minn 1000 tfal u adulti b’diżabbiltà. Bħala riżultat tal-appoġġ kontinwu ta’ GO, il-plejers tat-tim ta’ Inspire, inklużi l-amministraturi, l-istaff mediku, il-carers, il-voluntiera u l-benefiċjarji tas-servizzi ta’ Inspire kollha, qed igawdu l-vantaġġi ta’ internet b’veloċità għolja mħaddma minn GO. Isservizz hu strateġikament installat fiċ-ċentri moderni terapewtiċi u ta’ divertiment tal-Fondazzjoni mifruxa madwar Malta. Inspire hi fużjoni ta’ żewġ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) involuti fil-qasam tad-diżabbiltà f’Malta. Iż-żewġ NGOs – ilFondazzjoni Eden u r-Razzett tal-Ħbiberija - ingħaqdu biex jgħinu tfal u adulti b’diżabbiltajiet fiżiċi u ta’ tagħlim fis-sitt ċentri tagħhom f’Malta u Għawdex. Is-servizzi u programmi ta’ Inspire jindirizzaw il-bżonnijiet edukattivi, terapewtiċi, soċjali u rikreattivi tal-individwi li jappoġġjaw – Student matul sezzjoni ta’ taħriġ fiċ-ċentru Inspire f’Marsaskala b’attenzjoni qawwija fuq il-ħila u l-potenzjal. Il-viżjoni tal-Fondazzjoni hi li tara l-inklużjoni sħiħa ta’ persuni b’diżabbiltà li jgħixu fil-komunità – kemm fliskejjel, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol u anke f’ambjent ta’ divertiment. “GO hi kburija li qed tappoġġja l-isforzi kontinwi ta’ Inspire lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja għall-persuni filkomunità lokali b’diżabilitajiet fiżiċi u tat-tagħlim. L-isponsorjar ta’ inizjattivi umani b’implikazzjoni soċjali qawwija – bħal kawża ta’ Inspire – ikompli jiffoka afuq ir-Responsabilità Korporattiva Soċjali ta’ GO u jirrifletti l-kuxjenza soċjali qawwija tagħha,” qalet Maria Jourdan mit-tim tal-Kommunikazzjoni ta’ GO matul żjara li għamlet liċ-ċentru ta’ Inspire f’Marsaskala. Nathan Farrugia, ilKap Eżekuttiv ta’ Inspire, irringrazzja lil GO talappoġġ li dejjem tat matul is-snin. Hu żied jgħid li l-organizazzjoni kienet tiddependi fuq l-appoġġ ta’ kumpaniji b’kuxjenza soċjali bħal GO biex ikunu jistgħu jilħqu l-mira tagħhom li kienet tikkonsisti fil-preżenza kontinwa tagħħom bil-għan li jissalvagwardjaw il-ħtiġijiet tat-tfal u persuni b’diżabbiltà u joffru lilhom u l-familji tagħhom l-ogħla livell ta’ ħajja umanament possibbli. Kummerċjali u Klassifikati Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 25 GO tħabbar ħatra ġdida Emirates SkyCargo tagħmel l-ewwel titjira li m’użatx il-karta GO plc ħabbret il-ħatra ta’ Vanessa MacDonald bħala l-Maniġer għar-Relazzjonijiet Pubbliċi u tal-Media/ Komunikazzjoni Korporattivi b’effett mill-10 ta’ Jannar. Vanessa mhix wiċċ ġdid għall-kumpanija billi ilha l-editur ta’ www.di-ve.com minn Mejju tal-2008, kariga li se titlaq ladarba t-trasferiment tagħha jkun tlesta. Hi se tieħu post Franco Aloisio, li se jħalli l-kumpanija wara erba’ snin biex jieħdu kariga ma’ kumpanija oħra. MacDonald ilha ġurnalista mill-1993, wara li ħadmet ma’ Island Sound Radio għal perjodu qasir qabel marret ma’ ‘The Times’ fejn okkupat il-kariga ta’ kap tal-Aħbarijiet għal bosta snin u wara dan saret l-Editur tal-Business. Vanessa hi kittieba freelance u personalità tal-media magħrufa sew. Emirates SkyCargo, tal-karta, kif ukoll idkumpanija fuq dokumenti u ċertifikati quddiem nett fll-oħra kollha sal-aħħar isforz tal-industrija tal-2014. għall-hekk imsejħa Emirates SkyCargo, ide-freight, kellha diviżjoni tal-merkanzija avveniment dan tal-linja tal-ajru Emirates, l-aħħar bl-ewwel hi fi triqtha biex tilħaq titjira li saret l-għan tal-2014. “Aħna mingħajr l-użu nemmnu bil-kbir li l-eta’ karta. It-titjira freight ser issir l-istandard EK702, minn tal-industrija u dawk li Mauritius għal jkunu l-ewwel li jadottaw Dubaj, kienet il-bidliet ikunu fl-aħjar l-ewwel waħda pożizzjoni biex igawdu fil-firxa globali l-benefiċċji,” qal Ram tagħha li saret bi Menen, Divisional Senior stiva mimlija għal Vice President Cargo ta’ Boeing 777-300ER li ġarr l-ewwel stiva ta’ Emirates SkyCargo b’kunsinni li kienu proċessati elettronikament Emirates. kollox b’kunsinni ta’ merkanzija li Emirates SkyCargo kienu kollha proċessati frott, ħwejjeġ, tessuti u oġġetti f ’Malta tinsab fl-ewwel sular elettronikament. li jintbagħtu bil-courier. tad-Departures Lounge Il-Boeing 777-300ER, li E-freight hi inizjattiva fl-Ajruport Internazzjonali fl-istiva ġġorr tagħbija sa kollettiva tal-industrija ta’ Malta. Għal aktar tagħrif 23 tunellata metrika, ġarr tal-merkanzija, megħjuna wieħed jista’ jċempel fuq tagħbija mħallta, li kienet mill-IATA, bl-għan li tel. 21660102, jew bl-email tinkludi karti tal-flus, fjuri, telimina l-Air Waybills kollha skycargomla@emirates.com. Vanessa MacDonald “Aħna kuntenti ħafna li qed nilqgħu fostna lil Vanessa f’dan ir-rwol importanti. “Hi għandha kuntatti estensivi mal-komunità kummerċjali u mal-imsieħba soċjali u l-profil pubbliku għoli tagħha jgħinha f’din il-pożizzjoni ewlenin fejn se tkun tikkollabora malkuntatti interni u esterni ferm importanti tagħna speċjalment il-klijenti, ilħaddiema u l-azzjonisti li għandhom interess partikolari fis-suċċess tal-kumpanija,” qal David Kay, il-Kap Eżekuttiv ta’ GO. Avviżi Klassifikati LEZZJONIJIET Matsec 2011, l-aħħar kors ta’ lezzjonijiet tat-Taljan, Franċiż, Ingliż u Malti jibda issa. L-istess suġġetti wkoll għall-Form 1 sa 5. Ċempel 21697187, 99804695. Lezzjonijiet isiru f’Raħal Ġdid. Primarja sena 4, 5 u 6 ukoll. Attenzjoni individwali. OĠĠETTI GĦALL-BEJGĦ VTECH Cyber pocket, ġdida fjamanta, b’sitt loghbiet u adapter tal-karozza. Prezz €100. Ċempel 99409774 100 suffara ta’ kwalità tajba. Ideali għal festini. Prezz €40. Ċempel 99287701 Mejda tal-billiard seba’ piedi b’erbgħa. Prezz €450. Ċempel 99242312, 79242316, 21411598 Sony FD Trinitron Colour 29”, mudell tal-2005, flat screen bilwoofers, kundizzjoni tajba ħafna u b’sid wieħed biss. Prezz €95. TV cabinet prezz €30. Vetrina talferrobattuto bi xkaffar tal-ħġieġ biex iżżejjen. Prezz €30. Ċempel 79478867, 21382958 PROPJETA’ GĦALL-KIRI Il-Gżira, kamra lesta, ftit ’il boghod mit-triq ewlenija. Ideali għal ħanut, uffiċċju jew biex jintuża minn nutritionist, fiżjoterapista jew xi negożju ieħor. Għandha d-daħla tagħħa. Ċempel fuq 27888272, 99461900, 99890101 Irrid nikri dar żgħira għal persuna waħda u kelb fl-Imsida, fil-Ħamrun, f’Tal-Pietà, f’Sta Venera jew f’Birkirkara għal żmien twil. Prezz raġonevoli. X’tista toffri? Ċempel fuq 20994486 Nixtieq nikri għal tul ta’ żmien, dar imdaqqsa għal żewġ persuni, b’żewġ kmamar tas- sodda, kull lokalità meqjusa. Irid ikollha kmamar bażiċi, bejt u tkun lesta bl-għamara. Ċempel fuq 20994486. Jinbiegħu ġebel u saqaf. Il-komun lest minn kollox inkluż il-lift għal sitt persuni. Ċempel lis-sid fuq 79282428. PROPRJETÀ GĦALL-BEJGĦ Qawra, appartament faċċata tal-baħar bil-lift. Bi tlett ikammar tas-sodda u bl-għamara. Prezz €122,000. Ċempel 99242312, 79242316, 21411598. Ħal Għaxaq, appartamenti spazjużi bi tlett ikamar tassodda. Jinbiegħu ġebel u saqaf. Il- komun lest minn kollox inkluż il-lift għall sitt persuni. Garaxxjiet ta’ wieħed, tnejn jew tliet karrozzi. Ċempel lis-sid fuq 79282428 Ħal Għaxaq, penthouse kbira bi tlett ikmamar tas-sodda, terrazzin kbir fuq quddiem u bl-arja tagħha. Appartament terran bi tlett ikmamar tas-sodda, btieħi kbar fuq wara u interni. San Pawl il-Baħar, mezzanin doppju ċentrali b’erba’ kmamar tas-sodda, studju, żewġt ikmamar tal-banju, salott, kċina fitted, terrazzin kbir, bejt bl-arja kollu. L-ewwel sular blgħamara b’kollox. Prezz €171,373 (Lm73,570). Ċempel/sms lis-sid 99891454, 99402497 PROPRJETÀ GĦATTWELLIJA San Ġwann, ħanut mini market fil-qalba tar-raħal, klijentela tajba ħafna. Sid se jirtira. Ċempel 99469722 SERVIZZI Għal kull xogħol ta’ ġebel bi prezzijiet raġonevoli bħal burduri, sottospecchio, fireplaces u qoxra tal-fil. Ċempel fuq 79203932, 21376708 Ittrasferixxi il-vidjos antiki tiegħek fud DVD. Kull tip u kwantità tiġi aċċettata. Prezzijiet raġonevoli għal servizz tajjeb u diskret. Ċempel 99287701 VETTURI U APPARAT GĦALL-BEJGĦ TOYOTA YARIS, 13 VVTI, manwali, tal-2000 u full extras. Kundizzjoni perfetta u prezz negozjabbli. Ċempel fuq 99463583 MITSUBISHI 1995, bil-power steering, twieqi elettroniċi, magna 13 petrol. Prezz €600. Ċempel 99890653 Sportsillum Sports illum Chelsea u Manchester City ma jfallux 26 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Chelsea u Manchester City ma fallewx fiż-żewġ partiti li kellhom f ’darhom kontra Blackburn u Wolves rispettivament. It-tim ta’ Ancelotti ħa tliet punti li kellu bżonn meta warrbu l-isfida li kellhom b’żewġ gowls fl-aħħar nofs siegħa skurjati minn Ivanovic u Anelka. Manchester City ħadu rebħa f ’partita li kellha seba’ gowls. Huma kienu saħansitra gowl minn taħt skurjat minn Milijas fit12-il minuta. Iżda t-tim ta’ Mancini skorja erba’ darbiet permezz ta’ żewġ gowls ta’ Toure u Tevez. Iżda penalty ta’ Doyle fit-68 minuta u gowl ieħor ta’ Zubar fil-85 minuta għamlu l-iskor iktar rispettat għal Wolves. Stoke għelbu lil Bolton f ’darhom bi skor ta’ 2-0. Higginbotham fetaħ l-iskor wara 37 minuta għas-City u Etherington irdoppja minn penalty fit-63 minuta. West Brom għelbu lil Blackpool bl-iskor ta’ 3-2. Kienu Blackpool li skurjaw l-ewwel permezz ta’ Vaughan fil-11-il minuta. Odemwingie u Morrison dawru l-iskor għal West Brom sakemm Taylor-Fletcher ġab id-draw mill-ġdid fit-80 minuta. Il-gowl tar-rebħa ġie skurjat mill-ġdid minn Odemwingie tliet minuti mit-tmiem. Wigan u Fulham ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 1-1. Rodallega fetaħ l-iskor għal Fulham u Johnson ġab id-draw erba’ minuti mittmiem. West Ham u Arsenal intlagħbet tard u sakemm morna għall-istampar ilGunners kienu gowl minn fuq skurjat minn Van Persie fit-13-il minuta. Milan f’Lecce għall- Kampjonat Premier partita ta’ filgħaxija Ċans għal Valletta biex ikomplu jaħarbu waħedhom Antonio Cassano fl-azzjoni għal Milan Milan imorru Lecce u fi Stadio Via Del Mare jilagħbu l-logħba ta’ filgħaxija li fiha jibdew favoriti li jirbħu t-tliet punti. Ir-Rossoneri ġejjin minn draw f ’logħba kbira ta’ 4-4 f ’darhom kontra Udinese iżda għadhom iżommu l-ewwel post tal-klassifika b’vantaġġ sostanzjali. Allegri għandu skwadra b’saħħitha biżżejjed li tista’ tagħmel tagħha dan il-kampjonat u l-akkwist ta’ Cassano jista’ jkun strumentali fir-rebħ ta’ aktar unuri. Juventus jippruvaw joħorġu mill-kriżi li għaddejjin minnha meta f ’darhom jilqgħu lil Bari, it-tim talaħħar post tal-klassifika. Fl-ewwel partita tal-istaġun kienu tilfu fi Stadio San Nicola bl-iskor ta’ 1-0 u Del Neri jinsab konxju li l-pożizzjoni ta’ Bari filklassifika ma tirriflettix il-vera saħħa tagħhom. Logħba oħra interessanti tkun f ’Cesena fejn Roma jilagħbu kontra t-tim ta’ dan il-post. Cesena kellhom wirjiet tajbin f ’darhom u f ’partita ta’ dan it-tip jistgħu jagħmlu sorpriża u anki jirbħuha. It-tim ta’ Ranieri qed ikollu prestazzjonijiet mill-aqwa u bħalissa jinsab fir-raba’ post tal-klassifika. Il-Giallorossi għandhom fost l-aqwa plejers li jagħmlu skwadra kbira u jekk kollha jkunu flaqwa kundizzjoni tagħhom jistgħu verament jirbħu kull partita possibbli. Il-kumplament tal-partiti fil-programm tal-lum ikunu: Cagliari v Palermo, Brescia v Parma, Catania v Chievo, Genoa v Udinese u Lazio v Sampdoria. Valletta għandhom ċans tajjeb li llum ikomplu jinqatgħu waħedhom f’ras il-klassifika jekk kemm-il darba jagħlbu lil Tarxien Rainbows li jinsabu fit-tieni post. Bla dubju l-Beltin jibdew favoriti li jirbħu t-tliet punti u dan għax l-iskwadra tagħhom dan l-istaġun qed turi bilprovi li hi tal-ikbar saħħa. Ġejjin minn rebħa tajba kontra Birkirkara u jinsabu bl-aqwa moral biex jilagħbu din il-partita. Tarxien Rainbows qed ikollhom l-aqwa kampjonat flIstorja tagħhom u m’hemmx dubju li din il-partita tista’ sservi ta’ indikazzjoni qawwija għad-destin tagħhom din is-sena. Jekk jaslu l-punti llum ukoll ikun ifisser li r-Rainbows jistgħu verament isibu post fl-Ewropa fis-sajf li ġej. Fl-ewwel partita Floriana jibdew favoriti li jirbħu l-partita tagħhom kontra Vittoriosa Stars. Fl-ewwel rawnd il-Birgu ħadu l-ewwel punti fl-Istorja tagħhom filkampjonat Premier kontra l-Greens iżda issa l-affarijiet jidhru ferm aħjar għat-tim ta’ Raykov. Vittoriosa Stars se jagħmlu minn kollox biex ma jibqgħux fl-aħħar post u biex jagħmlu dan jafu li jridu jagħmlu l-punti immedjatament biex jinqalgħu mill-qiegħ. Boxers Maltin kontra Boxers Ingliżi Fit-28 ta’ Jannar se jittella’ tournament tal-boxing fit-Teatru Orpheum, il-Gżira. Il-ġlied se jkunu bejn il-Malti Dione Galea u l-Ingliż Nathan Powell u l-boxer Malti Billy Corito kontra l-Ingliż Marc McGarry. Din il-ġlieda se tkun it-13-il waħda għal Dione Galea fejn ir-rekord tiegħu s’issa hu ta’ seba’ rebħiet, żewġ draws u tliet telfiet. Għall-boxer Corito din hi s-sitt ġlieda fejn ir-rekord tiegħu s’issa hu ta’ ħames rebħiet kollha b’knockout u m’għandu l-ebda telfa. Qabel dawn iż-żewġ ġliediet tant mistennija se jkun hemm ukoll tliet ġlidiet oħra bejn boxers Maltin. Għall-biljetti u aktar informazzjoni tistgħu ċċemplu fuq 79256721 jew Billy Corito 99170881. Sportsillum Ir-Russja żżomm it-trofew assolut tal-Euromed Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 27 Illum programm ieħor għall-ASM Illum l-Assoċjazzjoni Sport Muturi tkompli l-attivitajiet għal din is-sena bil-kampjonati ASM New Styles & Poiatti 2010/2011 li jikkonsisti f’tiġrijiet bilkarozzi u muturi. Il-programm jibda f’12.00. L-aħħar attività li l-Assoċjazzjoni kellha kienet l-ikbar ġurnata tas-sena li bdiet bis-sezzjoni Autocross. Silvio Sciberras fuq Citroen Qlugħ b’abbundanza kontra l-irdum tal-Mellieħa b’suċċess fil-11-il edizzjoni tal- 63 iddomina it-tliet heat Kampjonat Euromed Malta tal-ġurnata. Sciberras kien l-unika sewwieq li rebaħ ilWilfred Sultana Rasskazov, membru talheat. Paruskin Sailing Club ta’ Fil-Finali Klassi A rajna bidu Ir-Russu Pavel Rasskazov San Pietruburgu, irreġistrat tajjeb minn Manuel Muscat (RUS 24) ta’ 13-il sena kien l-ewwel post fi tliet tiġrijiet, fuq Opel Corsa segwit tajjeb dikjarat rebbieħ assolut tal- it-tieni u l-ħames post minn Matthew Borg fuq Opel 11-il Kampjonat Euromed biex rebaħ il-kuruna ta’ Nova. Mat-tieni dawra Mario Malta wara wirja sabiħa Champion f ’kampjonat b’96 Scicluna fuq Opel Corsa u fl-avveniment b’numru parteċipant, rekord għallKarmenu Zammit fuq Escort rekord ta’ parteċipanti. klassi Optimist fil-Euromed. MK3 issuperaw lil Borg. Is-sena l-oħra dan it-trofew Għal Pavel Rasskazov din prestiġġjuż kien ukoll kienet it-tieni parteċipazzjoni mirbuħ minn kompetittriċi tiegħu fil-Euromed. FilRussa, Nikita Ushkov ta’ Kampjonat tal-2008 hu kien F’Novembru saret 11-il sena, l-iżgħar rebbieħa ukoll fost ir-rebbieħa meta organizzata kompetizzjoni fost ir-rebbieħa kollha talrebaħ it-tielet post fil-Klassi tal-arti marzjali bejn Euromed. Optimist tal-Cadets. tliet pajjiżi. Atleti talkickboxing u tat-Thai Boxing minn Malta, isIr-riżultati finali Slovakkja u r-Renju Unit Overall Optimist ikkompetew ma’ xulxin Optimist Girls Cadet Champion Euromed 2010 f’kompetizzjonijiet tal-K1. 1. Anna Nikitina – Russja Pavel Rassazov – Russia Terence Cilia kien wieħed 2. Giuliana Liuzza – Italja 3. Anna Rusetskaya - Russja mill-kickboxers Maltin li Boys Optimist Open Class rebaħ il-kategorija tiegħu. 1. Pavel Rasskazov – Russja Bħala membru tal-Klabb Laser - 4.7 Class Boys 2. Edward Fleri Soler – Malta 1. Sacha Ruffo – Italja tal-Ying Yang kien parti 3. Ugo Pace – Italja mit-tim li rrappreżenta lil 2. Thomas Zammit Tabona Malta li kien il-pajjiż fejn sar - Malta Girls Optimist Open Class 3. Alekandr Sarkov – Russja l-avveniment. Cilia kkompeta 1. Marina Shcherbakova – ma’ Scott Richards misRussja Samurai Fitness and Martial Laser 4.7 Girls 2. Anastasia Godovalnikova Arts Gym f ’Manchester 1. Ella Fleri Soler* - Malta – Russja mir-Renju Unit. Bħala atleta 2. Abigail Fenech – Malta 3. Karyna Manuel – tat-Thai Boxing Richards 3. Aleksandra Martynova – Ingilterra għandu bosta ċinturini tatRussja titli f ’tali dixxiplina, fosthom Junior Optimist Boys iċ-Ċinturin tat-titlu tar-Renju Laser Standard 1. Salvatore Sciuto – Italja Unit u kif ukoll il-Golden Belt 1. Lorenzo Parma - Italja 2. Craig Farrugia Vella – fil-kategorija tiegħu tat-Thai Malta Boxing. Il-Kampjonat Euromed 3. Mihail Shalagin – Russja Il-logħba tagħhom kienet ta’ Malta (Euromed Malta Championship), organizzat Junior Optimist Girls mill-Malta Young Sailors 1. Francesca Zammit – Malta Club fi sħubija ma’ KMS 2. Raffaela Santagatti – Italja (Kunsill Malti Għall-Isport) 3. Zoya Novikova – Russja u l-Kunsill Lokali talMellieħa, wasal lura dan Optimist Boys Cadets ix-xahar bil-11-il edizzjoni 1. Ugo Zunardi – Italja tiegħu. Dan qed isir taħt il2. Davide Lavafila – Italja patroċinju tal-Federazzajoni 3. Omri Sela – Iżrael Maltija tal-Ibburdjar. Ryan Scerri fuq Fiesta It-taqtigħa kompliet bejn bejn Scicluna u Zammit tant li għamluha iktar faċli għal Muscat li jkompli jżomm l-ewwel pożizzjoni. Ftit qabel it-tmiem ta’ din il-finali Zammit ħoloq azzjoni antisportiva fuq Scicluna tant li Zammit kellu jiġi sospiż mir-referee tal-ġurnata. It-tiġrija spiċċat b’Muscat flewwel pożizzjoni segwit minn Scicluna u Borg. Fil-Finali Klassi B kellna bidu tajjeb minn Godwin Martin fuq Opel Corsa li rnexxilu jibqa’ jżomm din ilpożizzjoni sal-aħħar. Martin kien segwit tajjeb min Josef Abela fuq Opel Nova u Brian Azzopardi fuq Escort MK1. Fis-Sezzjoni Bangers reġa’ kellna l-veteran Tony Spiteri fuq Banger Num 90 li ddomina l-ġurnata. B’dan irriżultat Spiteri kompla jżid iddistakk fil-klassifika ġenerali. Spiteri kien segwit tajjeb minn Dennis Vassallo fuq Banger Num 9 u Philip Delia fuq Banger Num 55. Fis-sezzjoni motocross din il-ġurnata kienet waħda partikolari mill-oħrjan minħabba li jsir sewqan ta’ ħbiberija. Is-sewwieqa kollha f’din il-ġurnata jikkomeptu flimkien minkejja li r-riżultat joħroġ separatament. Malta tirbaħ fil-Kickboxing tliet taqsimiet ta’ żewġ minuti bir-regoli tal-K1. Matul illogħba Cilia u Richards taw spettaklu kbir bit-tekniki tagħhom. L-ebda wieħed minnhom ma żamm lura u baqgħu jużaw teknika wara l-oħra sal-aħħar. L-ispettaturi raw logħba bilanċjata fejn Richards wera aktar azzjoni u Cilia rreaġixxa b’tekniki għallġisem u għar-ras. Fl-aħħar kienet deċiżjoni unanima li tat ir-rebħa lil Cilia u lil Malta. Cilia ilu jitħarreġ ma’ Master Noel Mercieca, il-fundatur tal-Ying Yang, għal dawn l-aħħar 11-il sena. Cilia għandu ċ-ċinturin l-iswed tat-Tielet Dan u mindu beda l-karriera tiegħu talkickboxing kiseb bosta titli fuq livell internazzjonali u lokali. Fl-2008 rebaħ logħba tal-Boxing kontra Boxer Ingliż. Din is-sena rebaħ ukoll iċ-ċinturin tat-Titlu Ewropew tal-K1 tal-World Kickboxing Network (WKN). Żewġ kickboxers fl-azzjoni waqt is-serata Din is-sena membru ieħor tal-Ying Yang ħalla l-marka tiegħu. Daniel “The Jet” Zahra hu l-ewwel Kickboxer li ġie nnominat bħala l-Isportiv tas-Sena. Il-Ying Yang Kickboxing hu wkoll membru tal-World Kickboxing Network (WKN). Għal aktar tagħrif żur www.yingyangkickboxing. com jew ikkuntattja lil Master Noel Mercieca fuq 79208283 jew merciecanoel@yahoo. co.uk. Fir-ritratt jidher Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, jiġi ppreżentat bl-ewwel kits tar-referees mill-kumpanija FXDD għas-sentejn li ġejjin fil-preżenza ta’ referees lokali u uffiċjali tal-istess kumpanija. Sportsillum 28 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 L-istorja u l-ħajja taċ-Ċoċċi…bejn i Edward Aquilina, illum plejer ta’ Neptunes, jgħid minn xiex Mark Attard għadda f’dawn l-aħħar snin minħabba l-problema tad-droga mattard@mediatoday.com.mt ‘I’m a born winner’ u qatt ma naqta’ qalbi. Kieku f’ħajti ċedejt illum jew għadni fit-toroq nittallab għad-droga jew qiegħed sitt piedi taħt l-art. Illum sirt raġel bl-għajnuna ta’ San Blas u tgħallimt napprezza l-ħajja bl-għajnuna ta’ San Blas u tgħallimt napprezza l-ħajja. Illum plejer ta’ Neptunes u kuntent ħafna għax sibt familja oħra. Se nagħmel minn kollox biex din is-sena Neptunes jirbħu d-double wara 23 sena.” Edward Aquilina twieled fit-22 ta’ Lulju 1983 f ’TasSliema u għadu joqgħod hemm sal-lum. Magħruf minn kulħadd fil-lokal bħala ‘Iċ-Ċoċċi’ u fost l-aktar plejers ta’ personalità qawwija li hawn preżentament filwaterpolo lokali. Rebaħ erba’ kampjonati ma’ Sliema bejn l-2001 u l-2005 u sallum għad għandu r-rekord tal-aktar plejer li qatt skorja gowls f ’logħba waħda kompetittiva tal-kampjonat lokali…eżattament 10 kontra Sirens u l-gowlkiper Joe Caruana Dingli. Aquilina beda l-waterpolo fl-2001. Kienet dik is-sena li għażel l-isport tal-baħar bħala l-isport ta’ ħajtu u ħalla warajh il-futbol. Jgħidli li fil-waterpolo kellu ħafna iktar ħbieb minbarra li personalment jarah aktar Ritratt: Ray Attard Sakemm insib il-kuraġġ inċempel lil Edward Aquilina ‘Iċ-Ċoċċi’ indum naħsibha ħafna. Konxju li għandu storja qawwija x’jirrakkonta fil-pubbliku kont għadni m’jiniex ċert kif se jirrispondi għall-idea tiegħi li xtaqt nagħmillu din l-intervista. Sakemm inkellmu jaħsibha darba u darbtejn sakemm iddeċieda li jitkellem għax fi kliemu stess jistqarr li “M’għandi xejn x’naħbi u minn xiex nistħi għax il-kuxjenza tiegħi hi waħda safja.” Meta ltqajna rajt bniedem kompletament differenti minn kif nafu ftit fil-logħba tal-waterpolo u bħala eksplejer ta’ Sliema Wanderers. ‘Iċ-Ċoċċi’ jħares f ’għajnejja u għal ħafna ħin jemozzjona ruħu u jibki. Iżda jidher komdu u ffukat fuq issuġġett u fl-ewwel kumment jesprimi l-uġigħ li filklabb Slimiż, il-klabb li hu jiddiskrivih bħala “il-klabb ta’ ħajti”, spiċċa mkeċċi minn żewġ persuni u qatt ma kienet l-intenzjoni li xi darba jitlaq u jingħaqad proprju mar-rivali Neptunes. “Il-partitarji tas-Sliema għadhom sal-lum jistaqsuni kif irnexxieli mmur manNeptunes. Xtaqt niċċara l-punt li jien mhux tlaqt imma tkeċcejt minn żewġ uffiċjali tal-klabb. Jien naħseb li jew minħabba l-problema tad-droga jew minħabba missieri. “Fl-istorja kollha tiegħi kien daħal Michael Soler, l-eks-President ta’ Sliema, li kont tkellimt miegħu. Nixtieq nirringrazzjah li daħal medjatur. Sliema ħallewni xahar nistenna sakemm kienet ħarġet l-aħbar li se jħalluni mmur manNeptunes. “Kull membru tal-Kumitat li kellimt qalli li d-deċiżjonijiet li dejjem ittieħdu fuqi kienu ta’ tnejn min-nies u ħadd iktar. Minn klabb ta’ 1,500 membru lili keċċewni żewġ persuni minn ma’ Sliema. “I’m a born winner’ u qatt ma naqta’ qalbi. Kieku f ’ħajti ċedejt illum jew għadni fit-toroq nittallab għaddroga jew qiegħed sitt piedi taħt l-art. Illum sirt raġel sport eċċitanti mill-futbol. Iżda ħajtu fixkluhielu… “Ta’ 16-il sena kont bdejt nabbuża mid-droga, darba kultant, sakemm fl-2008 ammettejt maz-zija tiegħi li sirt addict. Ma kinitx faċli biex anki wara għidt lil missieri li mill-ewwel kien qalli li rridu naraw x’se nagħmlu biex insolvu l-problema. “Dħalt San Blas u għamilt erba’ xhur nikkura ruħi. Meta ħriġt kont ‘free contract’ fil-waterpolo, fis-sens li stajt immur ma’ min irrid imbasta jħallsu l-parametri tiegħi. “Jien Slimiż u nħobb ilSliema u t-tir tiegħi dejjem kien li nibqa’ mas-Sliema imma fiċ-ċirkostanzi ta’ kif ġew l-affarijiet bil-problema li kelli ma stajt nilgħab qatt ma’ skwadra daqshekk qawwija. Allura ffirmajt mal-Exiles għal erba’ snin. “Eżatt mal-firma tiegħi kien ċempilli Michael Gatt, President ta’ Sliema, u qalli biex naħsibha sew. Kien l-agħar żmien ta’ ħajti fejn kont inħossni maqtugħ waħdi l-ħin kollu. Kien Sportsillum Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 29 il-waterpolo u l-problemi tal-ħajja Edward Aquilina Twieled fit-22 ta’ Lulju 1983 f’Ta’ Sliema u joqgħod hemm. Plejer ta’ Neptunes u eks-plejer ta’ Sliema, San Ġiljan, Exiles u Ta’ Xbiex. Jagħmilha ċara mal-partitarji Slimiżi li hu tkeċċa u mhux telaq lil Sliema. Inqabad fil-problema tad-droga u għamel il-programm tar-rijabilitazzjoni f’San Blas. Se jagħmel minn kollox biex iġib id-double għal Neptunes wara 23 sena. żmien fejn kont għadni kif ħriġt mill-programm ta’ rijabilitazzjoni. Ħassejtni kburi li se nerġa’ nilgħab mas-Sliema. Il-President tal-Exiles kien raġel biżżejjed li qatta’ l-kuntratt tiegħi qabel ma daħħlu fl-ASA biex b’hekk stajt immur masSliema. Niftakar li kelli laqgħa mal-Kumitat ta’ Sliema u għidtilhom li kelli l-problema tad-droga. Kelli ftehim malPresident u aċċettajt il-fatt li sakemm infiq kompletament mill-programm ma nilgħabx mal-ewwel tim.” Iżda dik il-firma ta’ Aquilina biex sar plejer ta’ Sliema kellha piż enormi li anqas hu stess qatt ma basar. Fiżżmien meta kien għaddej bil-programm tiegħu biex ifiq mill-problema tad-droga ġraw affarijiet li hu sar jaf bihom ħafna wara. “Inħoss li għaġġilt li dakinhar iffirmajt dak ilkuntratt mas-Sliema għax ma kontx naf x’kien ġara fiż-żmien li jien kont għaddej mir-rijabilitazzjoni tiegħi. Ma kontx naf x’kien inqala’ bejn is-Sliema u l-familja tiegħi. “Il-President kien kiteb ittra lil ommi fejn fiha kiteb u tefa’ t-tort fuqha li waqajt fil-vizzju tad-droga għax kienet fetħitli ħanut tal-kafè. Ma naħsibx li kien l-aqwa mument li tibgħat ittra lil omm li għandha lil bina għaddej mir-rijabilitazzjoni biex ifiq mill-problema tad-droga. Ma ninsewx li dan kien l-istess bniedem li kien ċempilli biex immur mas-Sliema. Qatt ma stennejt li se jibgħat ittra ta’ dak it-tip u jitfa’ t-tort fuq il-ġenituri. “Sirt naf b’din l-ittra fissena li għamilt ma’ Ta’ Xbiex. Oħti ma kinitx felħet aktar u fetħet qalbha miegħi. L-ittra qatt ma rajtha u llum għadha moħbija għand oħti. Qatt ma urithieli! Tatni indikazzjoni x’kien fiha iżda jien ma rajtha qatt. Ħadt xokk qawwi. Mela lili ċċempilli biex niffirma miegħek imbagħad int tibgħat ittra lil ommi b’dak il-kontenut. “Trid tkun vera ma tistħix biex iġegħilni niffirma kuntratt ta’ erba’ snin miegħek imbagħad tibgħat ittra hekk. Naħseb it-tir talklabb ta’ Sliema kien li jħarsu lejn il-futur biex jaqilgħu kemxa flus minn fuqi. L-affarijiet kif saru ma tantx għamlu sens. “Għal Sliema l-aktar li kien jimporta hu li l-kuntratt tiegħi jkun f ’idejhom. Sliema qatt ma jagħtu xejn ta’ xejn u ma nafx x’ġara kif lili bagħtuni b’xejn ma’ Ta’ Xbiex. Kien l-istess żmien tal-votazzjoni fl-ASA jekk jidħlux il-barranin jew le u jien nimmaġina li t-transfer tiegħi kien jorbot mal-vot li kellhom Ta’ Xbiex fil-Kunsill. Kien vot kruċjali għax ilkwistjoni tal-barranin kienet għaddiet b’xi 13-il vot kontra 12. B’dak il-vot kruċjali daħlu l-barranin Malta kif kienu ilhom jirsistu biex isir hekk is-Sliema. “Waqt is-sajf tal-2009 kont irċivejt ukoll kumment fuq il-Facebook mingħand Karl Galea, membru tal-Kumitat tal-klabb ta’ Sliema. Bagħatli ittra kontra missieri. Kien fiha ħafna affarijiet li weġġgħuni. Ma nafx x’ġara. Kienu għadhom kemm jiffirmawni sena qabel u f ’daqqa waħda dar kollox.” Aquilina jgħidli li kien minn hawnhekk fejn iddeċieda li qatt iktar ma seta’ jilgħab mas-Sliema. F’dak is-sajf stess kien iltaqa’ mal-President ta’ Sliema f ’lukanda tas-Sliema fejn infurmah li ma xtaqx jibqa’ iktar magħhom. Kien urieh ix-xewqa li jmur manNeptunes iżda r-risposta kienet fin-negattiv bil-kbir. “Kif semmejtlu l-kelma Neptunes ir-risposta tiegħu kienet eżattament, ‘no no no no no’. Kont għadni fuq il-medikazzjoni u aċċettaw li nibqa’ magħhom bilkundizzjoni li nagħmlu kuntratt speċjali. “Għalihom, għax ammettejt li kelli l-problema tad-droga, ġabuni qisni qtilt lil xi ħadd. Ma kontx aċċettajt xorta iżda l-kuntratt kien f ’idejn isSliema u ma stajtx niċċaqlaq biex nilgħab ma’ min irrid u ma’ min riedni. “Kont mort ma’ San Ġiljan u nixtieq nirringrazzja lil Daniel Aquilina, il-President tal-klabb u lill-plejers kollha tal-appoġġ li sibt. San Ġiljan xtrawni €14,000 li filwaterpolo hi somma tajba ħafna. “Ħallsu l-ewwel pagament ta’ €6,000 u għamilt l-ewwel sena magħhom. Għamilna l-kampjonat tax-xitwa mhux ħażin sakemm faqqa’ l-każ ta’ Matthew Zammit u ċ-ċansijiet tal-kampjonat tagħna majnaw ħafna. “Kif spiċċajt l-istaġun ma’ San Ġiljan kont mort fuq il-President ta’ San Ġiljan u għidtlu li jien xtaqt nitlaq. Kien qalli li kontra r-rieda tiegħi ma riedx iżommni u xtaqni nkun kuntent u allura d-deċiżjoni tal-futur tiegħi kien ħalliha f ’idejja. Kien mar hu stess fuq il-kumitat tas-Sliema u qalilhom li xtaqt immur man-Neptunes u mill-ewwel reġgħu rrifjutaw. Anzi kienu qalulu biex jekk irrid immur mal-Otters imma mhux man-Neptunes.” ‘Iċ-Ċoċċi’ jiżvela fatti ġodda fuq dan il-każ li bejn iż-żewġ partijiet kien hemm klawsola fil-kuntratt li jekk San Ġiljan jiddeċiedu li jinnegozjawh ma jistgħux jagħmlu dan ma’ Neptunes. “Din ma kontx naf biha. Malli qaluli hekk għamilt laqgħa mal-avukat tiegħi biex nara kif stajt ninħall millkuntratt. Jien meta ffirmajt mas-Sliema kont għamilt dan ‘under duress’. Fis-sens li moħħi ma kienx qed jaħdem sew minħabba l-problema qawwija tad-droga li kelli. Kien żmien meta kont għadni kif ħriġt minn San Blas. Fil-waterpolo hemm reġistrazzjoni tal-ASA u hemm kuntratt personali. “Kuntratt personali qatt m’għamilt iżda għall-ASA kont marbut għal erba’ snin mas-Sliema. Qatt ma ffirmajt klawsoli fejn jgħidu li ma nistax immur man-Neptunes u l-ftehim kien bejn San Ġiljan u Sliema biss. “Kont għamilt laqgħa biex nara l-futur tiegħi ma’ żewġ persuni mill-Kumitat ta’ Sliema li kulħadd jista’ jgħid li jrid imma d-deċiżjonijiet fil-klabb ta’ Sliema jiħduhom dejjem dawn iż-żewġ persuni biss u mhux imbilli qegħdin xi 13-il ruħ. “Għal-laqgħa kont ħadt miegħi lill-ommi. Qatt ma stennewha! Lgħabt logħba u għidtilhom li xtaqt niġi lura mas-Sliema u qaluli millewwel li kemm indum ħaj daqshekk lgħabt ma’ Sliema. “Kont infqajt nibki dak il-ħin. Ma ridtx immur magħhom iżda ridt niċċekkja ridunix. Jien ma kontx plejer ta’ Sliema biss iżda kont partitarju ferventi wkoll. Ħabib tiegħi kbir u partitarju ferventi ta’ Sliema kien qalli li jien ma kont se nilgħab qatt iktar mas-Sliema għax kienu se jagħmluni ‘l-iscapegoat’ tagħhom u kellu raġun. Mexxewhieli li ħammiġt lillklabb minħabba l-problema tad-droga li kelli meta kulħadd jaf li l-klabb Slimiż kellu problemi oħra bħal dawn fil-passat.” Illum Aquilina sar plejer ta’ Neptunes. Jgħidli li jinsab kuntent u għal qalbu ħafna u ma jiddispjaċih xejn li ħa dan il-pass f ’ħajtu anki jekk ingħaqad ma’ klabb li qatt ma ħolom li seta’ qatt xi darba jilgħab miegħu fil-passat. “Illum sibt missier ieħor. Matthew Bonello, il-President tan-Neptunes, kien warajja u għeni sa mill-bidu talproblema tiegħi. Kien warajja u dejjem riedni miegħu. Niftakar li Michael Gatt kien iltaqa’ miegħu u f ’ħames minuti kont lest plejer ta’ Neptunes. Illum nemmen li Sliema beżgħu minn xi ħaġa żgur għax mhux normali li bejn it-tnejn tinħeles affari hekk f ’ħames minuti. “F’moħħi bdejt nagħmel ilkalkoli li Sliema lili biegħuni €13,000 lil Neptunes u kienu ġabru €6,000 oħra mingħand San Ġiljan tas-sena ta’ qabel. Jiġifieri daħħlu tiegħi €19,000. Il-President ta’ San Ġiljan kien qalli bir-raġun li s-€6,000 li kien ħareġ għalija bħala l-ewwel pagament fuq pjan ta’ erba’ snin riedhom lura. Kellu mitt raġun! “Kont ċempilt lil Tony Psaila, it-Teżorier ta’ Sliema, u għidtlu li ninsab imsallab mill-flus u biex is-€6,000 li kienu ħallsu għalija San Ġiljan bħala l-ewwel pagament huma jagħtuhomlhom lura. €13,000 kienu aktar minn biżżejjed għall-plejer lokali Malti tal-waterpolo. “Ir-risposta tiegħu kienet li ma jistax jagħtini informazzjoni. Ma ridux jagħtuni informazzjoni kemm inxtrajt imma jien kont naf kollox. Fl-aħħar iddeċidejt li l-€4,000 paga li kelli nieħu mingħand San Ġiljan inċediha iżda xorta bqajt imwaħħal b’€2,000 oħra x’inħallas. “Ma kontx naf minn fejn se naqbad inġibhom sakemm tfaċċa president partikolari tal-Ewwel Diviżjoni li sellifni €2,000. Mhux se nsemmi min hu għax mhux sew iżda xtaqt nirringrazzjah minn qalbi. Ħallast kollox lil San Ġiljan u ħlist.” Edward Aquilina jispjegali li din l-istorja kollha ħalliet konsegwenzi koroh anki fuq il-ħajja personali tiegħu. Ċerti partitarji akkaniti tal-klabb Slimiż baqgħu m’aċcettawx ittrasferiment tiegħu mar-rivali Neptunes tant li f ’websajt partikolari ilu jiġi attakkat għal dan l-aħħar żmien. “Xi xahar ilu nsib il-kelma “ĠUDA” migrufa fuq ilkarozza. Għamilt rapport fl-Għassa tal-Pulizija iżda m’għandix l-iċken suspett min seta’ kienet il-persuna għalkemm ma tridx ħafna skola biex tinduna minn liema qasam ġej min għamilli hekk. Xi ġimgħa wara nsib ċirku mal-kelma “ĠUDA” u t-tieqa nofsha maqlugħa u għamilt rapport ieħor. Issa donnha kkalmat l-istorja.” Imma llum il-ġurnata ‘IċĊoċċi’ fieq mill-problema tal-kokaina? “Once an addict is always an addict. Forsi int għandek il-vizzju tas-sigaretti u taqta’ sena u f ’daqqa waħda jiġik aptit sigarett. F’San Blas tgħallimt kif nevita l-mumenti li jiġini l-aptit. Issa ssetiljajt ħajti u qed naħdem ir-Radisson u nixtieq nirringrazzjahom talappoġġ li tawni. Issa moħħi kkonċentrat u noqgħod ’il bogħod minn affarijiet bħallalkoħol li jistgħu jwaqqgħuni fit-tentazzjoni. Illum indunajt li l-ħajja sabiħa wisq, ilfamilja jħobbuni ħafna, u fuq ix-xogħol irrispettat immes. Illum qed nilgħab maċ-champions lokali talwaterpolo u għandi familja oħra San Blas. Żgur li mhux worth it tinqered bid-drogi. “Illum biex tixtri d-droga qisek qed tixtri flixkun birra. Issibha kullimkien u min jiċħad dan kollu qed jidħak bin-nies. L-appell tiegħi liż-żgħażagħ hu li ma jħarsux lejha. Ma jfissirx li għax qiegħed fl-isport ma tiħux droga. Dik il-mentalità trid tinbidel u jien qiegħed hawn biex illum nagħti parir lit-tfal biex qatt ma jgħidu “ħa nipprova linja”. Jekk jirkibhom il-vizzju jitkissru! “Il-ħajja għallmitni ħafna anki jekk għadni żgħir. U għal dan kollu ngħid grazzi lill-familja tiegħi, lil Daniel Aquilina, lil Andrew Paris, lil John Tabone, lil Neptunes u l-partitraji tagħna u anki dawk ta’ Sliema li fil-maġġoranza tagħhom nemmen li kollha għadhom iħobbuni. “Fl-aħħar nett ma nistax ma nirringrazzjax lil ta’ San Blas kollha u lill-Monsinjur Victor Grech li hu l-idolu tiegħi. Illum jekk ma narahx darba f ’ġimgħa ma nkunx tajjeb. Illum fil-ħajja tant kemm għaddejt minn affarijiet li xejn ma jkissirni!” 30 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Tislima lil Charles Muscat Il-Ħamis li għadda ħarġet l-aħbar tal-mewt ta’ Charles Muscat, eks-plejer ta’ Birżebbuġa, St. Patrick’s u Żurrieq. Il-‘Baħri’, kif kien magħruf, kien għalaq proprju 48 sena fil-ġurnata li ħalla din iddinja. Kien beda l-karriera tal-futbol ma’ Birżebbuġia St. Peter’s u mbagħad ingħaqad ma’ St. Patrick’s. Laħaq il-qofol tal-karriera tiegħu fl-istaġun 1983/84 meta rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena fi żmien li kien plejer ta’ Zurrieq u tat-tim nazzjonali Malti. Il-funeral ta’ Muscat sar ilbieraħ fil-Parroċċa ta’ San Pietru tal-Ktajjen, f’Birżebbuġa. Diego Forlan Diego Forlan ma jeskludix lil Juventus Diego Forlan, il-plejer nazzjonali tal-Urugwaj u ta’ Atletico Madrid, ma jeskludix li jekk Juventus jagħmlu l-offerta tagħhom ma jingħaqadx magħhom. “F’Madrid ninsab tajjeb iżda jien professjonali u kull offerta tajba għalija issa rrid inqisha sew. Imbagħad meta klabb bħal Juventus juri interess fik diffiċli ħafna biex tgħidlu le”. Juventus għandhom problemi kbar bil-plejers fl-attakk u wara l-injury ta’ Quagliarella kien imiss lil Toni li jweġġa’ fit-tieni ħarġa tiegħu mal-klabb. Il-vuċijiet li l-Biancioneri jinsabu interessati fl-attakkant tal-Urugwaj komplew ikunu persistenti matul l-aħħar sigħat fl-Italja. Mark Allen jegħleb lil Neil Roberston u jgħaddi għas-semi-finali kontra Fu Mark Allen għeleb lil Neil Robertson, il-favorit tas-snooker Ladbrokes Mobile Masters, bi skor ta’ 6-4 biex għadda għas-semifinali tal-lum u issa jilgħab kontra Marco Fu. Il-logħba kienet waħda missielta għall-aħħar bi kwalità ta’ snooker talogħla klassi li jekk xejn rat lill-plejer Irlandiż iżid fil-kapaċità tiegħu fil-logħba biex elimina lill-Awstraljan li bħalissa hu ċ-Champion tad-Dinja. Mark Allen Robertson kien 3-2 minn fuq iżda minn hekk ’il quddiem mar minn fuq u qatt ma tilef il-vantaġġ. Fis-semi-finali jilgħab kontra Fu li fil-Kwarti talFinali l-oħra għeleb lil Peter Ebdon bi skor kbir ta’ 6-0. Sportsillum Sportsillum Riżultat li ma ridux it-tnejn F’logħba mill-iktar medjokri fejn iż-żewġ naħat għamlu 90 minuta jibżgħu minn xulxin li ma jmorrux joħorgu b’idejhom vojta minn konfront li jista’ jkun kruċjali, Qormi u Sliema Wanderers ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 0-0. B’dan ir-riżultat l-ebda naħa ma tejbet il-pożizzjoni tagħha fil-klassifika talPremier biex it-tnejn li huma għadhom fis-sogru li jilagħbu t-tieni partita tal-kampjonat fir-Relegation Pool. Sliema kienu ġejjin minn rebħa minima ta’ 1-0 kontra Vittoriosa Stars u stennew li jirbħu t-tieni partita wara l-oħra biex tkompli ssaħħaħhom fil-klassifika. Din ma waslitx u dan kollu grazzi għall-mod kemm Qormi kienu magħluqin fid-difiża u ddixxiplinati fil-logħba tagħhom. Il-Blues reġgħu lagħbu lit-Tuneżin Lachkem waqt li l-Qriema bdew b’Hojung Kang u Souza Santos fuq quddiem. Wara 10 minuti Santos ġieh l-ewwel ċans li kien imblukkat mid-difiża Slimiża u mal-kwarta logħob Souza ra azzjoni akrobatika minn tiegħu li għal darb’oħra twaqqfet mid-difiża Slimiża. Il-partita kienet fqira wisq u rajna azzjoni oħra denja ta’ nota żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta freekick ta’ Frendo kien imblukkat mill-barriera Slimiża u mill-kontrattakk Lakchem twaqqaf millQriema milli jiftaħ l-iskor. Il-partita bdiet fuq ritmu kalm ħafna u sal-50 minuta kellna żewġ azzjonijiet ħfief mingħajr l-ebda biża’ li xi tim seta’ jsofri l-gowl tal-iżvantaġġ. L-aħjar ċans għal Qormi wasal fit-78 minuta meta Souza għadda tajjeb iżda kien imblukkat fil-ħin minn Szentpeteri. Sliema rrispondew bl-aħjar ċans tal-partita erba’ minuti wara meta x-xutt ta’ Sequeira spiċċa mal-lasti. Fuq in-naħa l-oħra daqqa ta’ ras ta’ Bello Osagie ntlaqgħet minn fuq il-linja minn Bezzina. J L Vandelanoitte ta’ Qormi rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tal-Logħba. Qormi FC: M Camilleri, J Vandelanoitte, M Bartolo (G Buttigieg 89’), K Fenech, J Chetcuti, A Bello-Osagie, G Mallia, J Bondin, C Frendo (L Sciberras 63’), K Ho Jung, J Souza Santos Sliema Wanderers FC: V Szentpeteri, M Scerri, JP Mifsud Triganza (P Obifuele 76’), S Bezzina, C Gatt Baldacchino, J Lima Sequeira, C Lakchem, A Spiteri (M Ciantar 75’), R Bajada, B Muscat, C Failla Referee – Mario Apap Ritratt: Ray Attard Qormi...................... 0 Sliema W................. 0 Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 | illum 31 illum | Il-Ħadd 16 ta’ Jannar 2011 Marsaxlokk.............. 2 Birkirkara................ 0 Marsaxlokk kellhom wirja brillanti biex għelbu liċ-champions Birkirkara bi skor ta’ 2-0 u nqalgħu xi ftit miż-żona l-ħamra biex issa reġgħu qegħdin sew fit-taqtigħa tas-sitt post taċChampionship Pool. Kienet rebħa mistħoqqa għat-tim ta’ Patrick Curmi li rsista tul id-90 minuta biex jieħdu l-punti massimi minn dan il-konfront u li fil-fatt irnexxielhom u ma serqu xejn. Għal Birkirkara kienet it-tieni telfa, wara oħra li ġarrbu kontra Valletta tal-ġimgħa l-oħra, waqt li Marsaxlokk kienu ilhom ġimgħat ma jirbħu partita. Għalihom reġa’ beda mal-ewwel 11 Alfred Effiong biex tħalla fuq il-bank tas-sostituti Julio Alcorse. B’hekk Birkirkara komplew jinqatgħu mil-liders talklassifika Valletta li llum imisshom jilagħbu kontra Tarxien Rainbows. Marsaxlokk kellhom l-aħjar bidu u wara żewġ minuti Effiong daħal fil-partita b’xutt fil-baxx li ġie salvat minn Fraser. L-istess plejer Niġerjan kellu xutt ieħor ċentrali salvat minn Fraser wara 10 minuti. It-tim rebbieħ kompla jkun l-aħjar fil-grawnd u ħoloq żewġ ċansijiet oħra ta’ skor permezz ta’ Galabov u Raimy iżda l-mira ma kinitx perfetta għall-plejers Xlukkajra. Birkirkara resqu viċin f’okkażjoni waħda biss matul l-ewwel taqsima minn azzjoni personali ta’ Lattes li kkonkluda ftit barra. Marsaxlokk marru fil- Ritratt: Ray Attard Sajda tajba għax-Xlukkajri vantaġġ fit-68 minuta wara indeċiżjoni qawwija fid-difiża taċ-champions biex Licari approfitta mis-sitwazzjoni kollha u minn quddiem Fraser ma żbaljax. Huma rduppjaw kwarta mit-tmiem meta cross perfett ta’ Effiong sab lil Sciberras f’qagħda tajba li b’daqqa ta’ ras stupenda tefa’ l-ballun wara Fraser. Malcolm Licari ta’ Marsaxlokk rebaħ l-unur talBOV Plejer tal-Logħba. Marsaxlokk FC: R Gauci, M Licari (R Darmanin 90’), C Brincat, E Yantchev, A Spiteri, F Raimy, G Sciberras (P Pullicino 79’), R Galabov, T Templeman, A Effiong, M Deanov (G Caruana 83’) Birkirkara FC: M Fraser, T Paris, R Muscat, P Borg, J Zerafa, A Tabone (T Vella 73’), A Decesare (R Scicluna 76’), S Bajada, K Pulo, M Galea, E Lattes Referee – Andre’ Arciola
Similar documents
L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal
- Tingħata akkreditazzjoni lill-programmi tal-ħiliet bażiċi biex jiġi żgurat li jkunu rikonoxxuti aktar, fost oħrajn minn min iħaddem, u biex iwittu t-triq għat-tkomplija ta’ studji avvanzati u og...
More information